Home Net News Ribery hu plejer ġdid ta’ Fiorentina

Ribery hu plejer ġdid ta’ Fiorentina

6
0
SHARE
Advertisement

Franck Ribery se jilgħab fis-Serie A għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu hekk kif tħabbar bħala plejer ġdid ta’ Fiorentina. Il-Franċiż se jilbes il-flokk numru 7 u se jkun preżentat uffiċjalment illum fil-5.30pm. Hu ffirma kuntratt ta’ sentejn b’salarju ta’ €4 miljuni flimkien ma’ xi bonus li jista’ jkollu.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Ribery qal li tkellem mal-eks
plejer Luca Toni li qallu li Fiorentina huma klabb kbir u Firenze hi belt
sabiħa ħafna. Ribery qal li l-belt togħġbu u jaf jitkellem it-Taljan, fattur li
seta’ kien determinanti biex għażel l-Italja.

Ribery li għandu 36 sena ngħaqad mal-Viola wara li
spiċċalu l-kuntratt ma’ Bayern Munich. Hu kien ilu maċ-champions Ġermaniżi
mill-2007 u magħhom lagħab 425 logħba u fosthom rebaħ disa’ darbiet
il-Bundesliga, sitt darbiet it-Tazza Ġermaniża u ċ-Champions League fl-2013.
Mat-tim nazzjonali Franċiż, Ribery lagħab 81 logħba u skorja 16-il gowl.

Fiorentina ġejjin minn staġun diżappuntanti tant li spiċċaw biex salvaw posthom fis-Serie A fl-aħħar ġurnata. Huma għandhom sid ġdid wara li Rocco Commisso xtara l-klabb. Minbarra Ribery, Fiorentina akkwistaw lil Milan Badelj, Erick Pulgar u Pol Lirola.

Ribery flimkien mal-kowċ ta’ Fiorentina Vincenzo Montella (Ritratt: ACF Fiorentina

The post Ribery hu plejer ġdid ta’ Fiorentina appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here