Home Net News L-Open Arms jidħol Lampedusa

L-Open Arms jidħol Lampedusa

6
0
SHARE
Advertisement

Wara ġimgħat
ta’ stennija, il-Bastiment Open Arms issa daħal fil-port ta’ Lampedusa.

Immigranti u
volontiera abbord infexxu jkanataw il-kanzunetta Bella Ciao hekk kif il-vapur
kien dieħel fil-port Taljan, b’uħud minnhom jitgħannqu u oħrajn jgħollu l-ponn.

Jistennew lil
dawk abbord kien hekk ukoll Dun Carmelo La Magra, kappilan ta’ Lampedusa
flimkien ma madwar tletin persuna oħra, uħud minnhom attivisti.

L-Italja
kienet ilha tlett ġimgħat tirriffjuta d-dħul tal-bastiment fil-portijiet tagħha
u issa l-Qrati Taljani ordnaw iż-żamma tal-vapur Spanjol hekk kif tniżżlu
il-madwar 100 immigrant li kienu abbord.

Ftit qabel ma
ġew evakwati, madwar 10 immigrant qabżu minn fuq il-vapur f’tenttativ li
jgħumuha sal-gżira ta’ Lampedusa. Dawn inġabru mill-Gwardja Taljana.

The post L-Open Arms jidħol Lampedusa appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here