Home Net News Kardinal Awstraljan b’sitt snin ħabs dwar abbużi fuq tfal

Kardinal Awstraljan b’sitt snin ħabs dwar abbużi fuq tfal

4
0
SHARE
Advertisement

Intbagħat lura l-ħabs
il-kardinal Awstraljan George Pell. Dan wara li l-Qorti Awstraljana caħdet
l-appell tiegħu dwar akkużi ta’ abbużi sesswali fuq tfal.

Pell li snin ilu kien
it-tielet l-ogħla uffiċjal tal-Vatikan, u li llum għandu 78 sena, mistenni
jkompli jiskonta s-sentenza ta’ sitt snin ħabs dwar abbużi sesswali fuq żewġ
subien li kienu jkantaw fil-kor tal-Katidral ta’ Melbourne fil-bidu
tad-disgħinijiet.

Is-sentenza ġiet ikkonfermata
dalgħodu mill-Prim Imħallef Anne Ferguson. Hi u taqra s-sentenza, dawk prezenti
barra l awla nfexxew f’ċapċip li nstema’ anke fl-istess awla.

Pell, li kien liebes libsa
skura, żamm rasu baxxuta tul il-qari tas-sentenza tiegħu.

Il-Kardinal Pell hu l-ogħla
uffiċjal fi ħdan il-Knisja Kattolika li nstab ħati ta’ abbużi sesswali u għaldaqstnat,
din is-sentenza qed tkun meqjusa minn bosta fidili u vittmi ta’ abbuż bħala
waħda storika.

Pell kien strumentali
fil-ħatra ta’ papiet, kif ukoll kien responabbli għall-finanzi tal-Vatikan.
Barra min hekk, hu kien involut fil-fergħa tal-Knisja Awstraljana li
tirrispondi għal allegazzjonijiet dwar abbużi sesswali fuq tfal.

The post Kardinal Awstraljan b’sitt snin ħabs dwar abbużi fuq tfal appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here