Home Net News Jinżamm taħt kustodja wara li wieġeb mhux ħati li ħarab miċ-Ċentru ta’...

Jinżamm taħt kustodja wara li wieġeb mhux ħati li ħarab miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi

4
0
SHARE
Advertisement

Mousa
Mubarak, miżmum fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi, wieġeb mhux ħati li ħarab
miċ-Ċentru għax insista li spiċċa barra l-faċilità “bi żball” u li “ma kienx
jaf li kienet ħarba”.

Mubarak,
ta’ 19 sena mis-Sudan, ġie akkużat li fl-20 ta’ Awissu ħarab mill-kustodja u
kkawża ħsara fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni.

L-Ispettur
Roderick Attard qal li r-raġel kisser bieb u kkawża 400 ewro fi ħsara. Hu kien
arrestat fis-sigħat bikrien tat-Tlieta filgħodu, bl-Ispettur spjega li Mubarak
kien inqabad mill-Pulizija qrib l-Ajruport.

Madankollu,
il-Qorti rrimarkat li ma ġiet ippreżentata l-ebda stima tad-danni allegatament
ikkawżati mill-akkużat.

L-Avukat
Joe Brincat, f’isem l-akkużat, qal li fin-nuqqas ta’ prova tal-valur, il-Qorti
għandha tiddikjara li ħsara daqshekk żgħira ma jistħoqqilhiex attenzjoni
ġudizzjarja.

Min-naħa
tiegħu, Mubarak qal li kien bil-ġuħ u ma kienx jaf x’qed jagħmel … kien
żball. Mistoqsi mill-Qorti jgħid kif tela’ ma’ ċint u kisser bieb, hu wieġeb
biss li ma ħarabx.

Il-Qorti
qalet li ma kellha l-ebda għażla ħlief li tordna li r-raġel jinżamm taħt
kustodja.

The post Jinżamm taħt kustodja wara li wieġeb mhux ħati li ħarab miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here