Home Net News Il-kollezzjoni nazzjonali tal-arti kontemporanja fil-periklu bl-inkompetenza tal-Ministru għall-Kultura – PN

Il-kollezzjoni nazzjonali tal-arti kontemporanja fil-periklu bl-inkompetenza tal-Ministru għall-Kultura – PN

5
0
SHARE
Advertisement

Il-kollezzjoni nazzjonali tal-arti kontemporanja fil-periklu bl-inkompetenza tal-Ministru għall-Kultura. Sostna dan il-Partit Nazzjonalista fi Stqarrija ffirmata minn Therese Comodini Cachia, Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar il-Midja u l-Kultura u l-Identità Nazzjonali

L-istqarrija tgħid li x-xogħlijiet li jidhru li għadhom għaddejjin fil-binja tal-mużew MUZA juru biċ-ċar li għall-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici dan il-mużew huwa biss gimmick politiku. Dan meta l-mużew MUZA nfetaħ mill-Ministru Bonnici f’ħafna għaġla.

L-istqarrija tkompli li l-Ministru
Bonnici baqa’ jinsisti li jinawgura l-mużew f’Novembru, mingħajr il-pjanijiet u
l-investment kollu meħtieġ sabiex jiġi assigurat li pitturi u skulturi li
jiffurmaw parti importanti mix-xogħlijiet artistiċi ta’ artisti Maltin ikunu
miżmuma u jitgawdew bl-aktar mod xieraq.

L-Oppożizzjoni talbet kemm-il
darba lill Ministru Bonnici sabiex jieħu din il-kollezzjoni u l-MUZA bl-akbar
serjetà u jassigura li jkunu l-esperti li jieħdu ħsieb din il-kollezzjoni
mingħajr l-indħil politiku. Għaldaqstant biex jagħmel attività politika oħra
mill-MUZA, l-Ministru Bonnici fetaħ il-mużew xorta waħda, meta x-xogħol l-proċeduri
kollha ma kienux għadhom lesti, u dan wassal biex il-pitturi prestiġġjużi
jitqegħdu fil-periklu tal-moffa li ħakmet il-mużew.

 -istqarrija ttemm tgħid li l-Ministru
għall-Kultura issa għandu jgħid u jispjega fid-dettal x’qed isir sabiex din
is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u għandu jgħid jekk laħqitx saret il-ħsara
lix-xogħlijiet artistiċi.

The post Il-kollezzjoni nazzjonali tal-arti kontemporanja fil-periklu bl-inkompetenza tal-Ministru għall-Kultura – PN appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here