Home Net News Ħamrun Spartans b’mira li jkomplu fejn ħallew l-istaġun li għadda

Ħamrun Spartans b’mira li jkomplu fejn ħallew l-istaġun li għadda

6
0
SHARE
Advertisement

Il-kowċ il-ġdid ta’ Ħamrun Spartans Manuele Blasi kkonferma li l-kampjonat Malti hu aktar diffiċli milli wieħed jaħseb u kompla li mhux se tkun faċli biex jerġgħu jispiċċaw fir-raba’ post. Hu qal dan waqt konferenza stampa fejn ġiet preżentata l-iskwadra Ħamruniża għal dan l-istaġun. Blasi fl-ewwel esperjenza tiegħu f’pajjiżna, se jagħmel id-debutt kontra Gżira United l-Ġimgħa, tim li hu mmexxi mill-eks kowċ ta’ Ħamrun Giovanni Tedesco.

Mistoqsi dwar dan il-fatt, il-kowċ Taljan qal li hu veru li forsi jkollu vantaġġ minħabba li jaf il-plejers iżda żied li fl-istess ħin kull logħba trid tkun milgħuba. Hu jara li l-akbar saħħa tat-tim tiegħu hi l-kollettiv u rringrazzja lill-President Nunzio Antignani u d-Direttur Sportiv tal-opportunità li tawh fejn jittama li jirregala sodisfazzjon f’dan l-istaġun.

(Ritratt: Martin Agius)

Mill-istaġun li għadda, Ħamrun għamlu tmien akkwisti.
Dawn huma l-gowlkiper Jean Claude Debattista, id-difensuri Matteo Cinquini u
Clayton Failla, il-midfielders Valdo Alhinho, Nicola Leone u l-attakkanti
Ailton dos Santos Soares, Lagzir Souflaine u Carlos Manuel Flores.

Il-captain tat-tim Triston Caruana qal li meta jkun hemm bidla ta’ kowċ dejjem ikun hemm mument ta’ tranżizzjoni imma saħaq li issa t-tim qed joqgħod u jinsabu preparati għall-istaġun il-ġdid.

Governucci
jgħid li Ħamrun iridu jorganizzaw ruħhom b’mod differenti

Id-Direttur Sportiv ta’ Ħamrun Spartans Antonio
Governucci qal li f’dan se jfittxu li jkomplu x-xogħol tajjeb li sar fl-istaġun
li għadda iżda fl-istess ħin qal li r-raba’ post miksub fl-istaġun li għadda
kien riżultat aktar milli mistenni u għalhekk sostna li jħalli diffikultà biex
jerġa’ jkun ripetut.

Governucci kompla li l-pożizzjoni tal-istaġun li għadda
tħalli diffikultà biex iżżomm il-bilanċ u żied li l-klabb tal-Ħamrun qed
jorganizza ruħu b’mod differenti fejn anki qed jippruvaw itellgħu xi plejers
tan-nursery mal-ewwel skwadra. Hu għamel appell lill-partitarji biex ma
jikkritikawx biss iżda jagħtu l-appoġġ tagħhom lit-tim.

Preżenti wkoll is-Segretarju tal-klabb Stephen Saliba fejn
qal li l-iskop tagħhom hu li jkomplu fejn ħallew is-sena l-oħra. Il-Viċi
President Gejtu Debattista kompla li l-iskwadra li għandhom hi kapaċi
tikkompeti ma’ fuq.

L-iskwadra
ta’ Ħamrun Spartans għal dan l-istaġun

Gowlkipers: Manuel Bartolo, Jean Claude Debattista, Matthias Debono

Difensuri: Darren Borg, Matteo Cinquini, Clayton Failla, Matthew
Gauci, Karl Micallef, Orestis Nikolopolous, Karl Schembri

Midfielders: Valdo Alhinho, Conor Borg, Triston Caruana, Marco Criaco,
Nicola Leone, Andre Scicluna, Bradley Schembri,

Attakkanti: Ryan Darmanin, Wilfried Domoraud, Carlos Manuel Flores, Ailton
Dos Santos Soares, Lagzir Souflaine, Russell Vella

The post Ħamrun Spartans b’mira li jkomplu fejn ħallew l-istaġun li għadda appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here