Home Net News Fjamingi protetti fil-mira tal-kaċċa illegali waqt l-istaġun magħluq

Fjamingi protetti fil-mira tal-kaċċa illegali waqt l-istaġun magħluq

5
0
SHARE
Advertisement

Qatgħa fjammingi li fl-aħħar sigħat kienet qed tittajjar madwar il-kosta ta’ Malta naqset fin-numru matul il-ġurnata tal-bieraħ. Stqarrija ta’ Birdlife Malta tgħid li filwaqt li xi frieħ niżlu qalb in-nies għax kiene għejjew, oħrajn sfaw fil-mira tal-kaċċa illegali.

Ferħ ta’ fjamingu tniżżel fl-inħawi tal-Munxar fil-limiti ta’ Marsaskala u ieħor inġabar b’feriti gravi minn Marsaxlokk. Il-veterinarju tal-Gvern ikkonferma li l-fjamingu intlaqat minn tiri ta’ senter. Tliet fjamingi oħra niżlu u nġabru fl-aħħar sigħat. Wieħed inġabar minn uffiċjali tal-ERA f’Daħlet Qorrot f’Għawdex, ieħor inġabar minn Birdlife Malta mill-bajja tal-Għadira filwaqt li t-tielet wieħed inġabar mill-inħawi magħrufa bħala tas-Safra mill-Għaqda Kaċċaturi San Ubertu u ġie mgħoddi f’idejn Birdlife Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta Mark Sultana qal li d-deċiżjoni politika li jieġu aġevolati l-kaċċaturi qed toħloq problemi serji għall-istat ta’ infurzar u ħarsien tal-għasafar. Mark Sultana qal li l-problema tkompli tiggrava minħabba li t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) inbidel għal direttorat għall-ħarsien tad-drittijiet tal-kaċċaturi.

Filwaqt li Birdlife Malta qed tipprova tbiddel ir-Riserva Naturali tas-Salina bħala habitat fejn possibilment jista’ jbejjet, għad hawn min ma jaħsibhiex darbtejn biex joqtol fjamingi protetti.

L-istqarrija fakkret li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li jrid jara infurzar aħjar u wiegħed tolleranza zera għall-illegalitajiet. Wasal iż-żmien li mill-kliem, il-PM jgħaddi għall-fatti.

Sadanittant Birdlife Malta irrapportat li nstab Bagħdan Aħmar ferut fl-inħawi tal-kumpless Gianpula fil-limiti tar-Rabat.

Veterinarju tal-Gvern ikkonferma li l-għasfur intlaqat minn tiri wara li nstabu pellets taċ-ċomb f’ġewnaħ u fid-denb. Fortunatament, il-veterinarju ikkonkluda li l-għasfur jista’ jiġi salvat.

Birdlife Malta fakkret li minbarra li dawn it-tjur huma protetti, l-istaġun tal-kaċċa bħalissa jinsab magħluq. L-istaġun tal-kaċċa fil-Ħarifa jiftaħ fl-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Jannar u matul dak iż-żmien, tajr protett bħal fjamingi, ċikonji, irsieset u tajr tal-priża mistenni jispiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali.

The post Fjamingi protetti fil-mira tal-kaċċa illegali waqt l-istaġun magħluq appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here