Home Net News Ferħ ta’ fjamming maqtul fil-Munxar

Ferħ ta’ fjamming maqtul fil-Munxar

3
0
SHARE
Advertisement

Wara li ferħ ta’ fjamming
paxxa lil bosta li kienu qegħdin fil-bajja tal-Għadira lbieraħ, aktar tard
filgħaxija, is-CEO ta’ Birdlife, Mark Sultana, permezz ta’ video fuq Facebook
habbar li kien għadu kemm xehed il-qtil ta’ għasfur tal-istess tip.

Sultana qal li ra l-fjamming
nieżel mis-sema f’għalqa fil-Munxar Għawdex. Hu qal li fil-ħin tal-isparaturi,
kien hemm tlett ifrieħ jittajru, u wieħed minnhom intlaqat. Fil-video Mark
Sultana qal li kien qiegħed fuq il-post jistenna lill-Pulizija tal-ALE jaslu.

Intant, is-Segratarju Parlamentari responsabbli għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camillier f’risposta lil media lokali qal li ma setax jikkonferma din l-aħbar.

X’aktarx il-fjammingi kienu parti minn qata ta’ 35 għasfur li ttajru fuq pajjiżna fl-aħħar sigħat.

The post Ferħ ta’ fjamming maqtul fil-Munxar appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here