Home Net News Marsaskala u Birżebbuġa fis-semifinali tal-play-off tal-Ewwel Diviżjoni

Marsaskala u Birżebbuġa fis-semifinali tal-play-off tal-Ewwel Diviżjoni

5
0
SHARE
Advertisement

MARSASKALA FISH AND FISH……………. 18 OTTERS NIVEA………………. 13

(4-4), (3-2), (5-4), (6-3)

Marsaskala Fish and Fish għaddew għas-semifinali
tal-play-off wara rebħa meritata ta’ 18-13 fuq Otters Nivea. Bħas-soltu,
is-saħħa prinċipali ta’ Marsaskala kienet tiddependi miż-żewġ barranin
Konstantin Averka u Kristijan Milakovic li bejniethom skorjaw 14-il gowl.

Għal Otters l-istaġun tagħhom intemm hawn. Għalkemm bi
skwadra limitata, Otters kellhom diversi prestazzjonijiet pożittivi u f’ħafna
mil-logħbiet offrew oppożizzjoni denja. Tispikka r-rebħa fuq Ta’ Xbiex, id-draw
kontra Marsaskala u prestazzjoni tajba fit-telfa kontra Valletta.

Otters kellhom bidu pożittiv u marru 3-0 minn fuq permezz
ta’ Ferenc Salamon, Marc Lanzon u Milos Filipovic, iżda Marsaskala wettqu
reazzjoni immedjata u fit-tieni parti tas-sessjoni rnexxielhom iġibu d-draw
għal 4-4.

Averka skorja t-tieni gowl personali fil-bidu tat-tieni
sessjoni biex poġġa lil Marsaskala minn fuq għall-ewwel darba, bl-istess plejer
jiskorja doppjetta wara li Benji Lanzon kien għamel l-iskor momentarju 5-5.

Otters daħlu jistrieħu 7-6 minn taħt minn penalty ta’
Ferenc Salamon u rnexxielhom jagħmlu l-iskor 9-9 fit-tielet sessjoni
b’doppjetta ta’ Milos Filipovic u gowl ta’ Gabriel Mizzi. Iżda Marsaskala kisbu
t-tliet gowls meħtieġa minn Rheinhard Attard, Jean Claude Cutajar u Kristijan
Milakovic, b’Salamon iħalli lil Otters jittamaw.

B’riżultat ta’ 12-10, il-logħba kienet għadha miftuħa
iżda Marsaskala għamlu ċert mir-rebħa fil-bidu tal-aħħar sessjoni b’gowl ta’
Averka u doppjetta ta’ Milakovic. Otters naqqsu d-distakk fi tliet
okkażjonijiet iżda Marsaskala wieġbu kull darba. Fl-aħħar minuti l-gowlkiper
ta’ Marsaskala Jurgen Micallef salva żewġ penalties lejn it-tmiem hekk kif
minkejja li r-rebħa kienet deċiża, it-temperatura taż-żewġ timijiet telgħet xi
ftit.

Marsaskala: J. Micallef,
J.C. Cutajar (2), A. Camenzuli, M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro,
K. Milakovic (6), K. Averka (8), J. Culic, R. Attard (1), D. Borg Millo (1), M.
Borg, J. Ciantar

Otters: M. Xerri, C.
Spiteri Debarro (1), F. Salamon (3), L. Hyzler, E. Meli (1), M. Lanzon (1), G.
Mizzi (1), D. Dimech, A. Mifsud, B. Lanzon (1), M. Filipovic (5), D. Camilleri

Referees: Ronnie Spiteri, Stefano Pinato

Birżebbuġa jaċċertaw posthom bl-għoti tal-penalties

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…………… 11 TA’ XBIEX AMIGOS……………. 11

(Birżebbuġa rebħu 7-6 rebħu bl-għoti
tal-penalties)

(5-2), (1-3), (3-2), (2-4)

Birżebbuġa Freeport tħabtu aktar milli mistenni iżda
finalment ħadu dak li riedu u kkwalifikaw għas-semifinali fejn se jilagħbu
kontra Marsaskala. Ir-riżultat hu kiefer mal-isforzi ta’ tim żagħżugħ bħal Ta’
Xbiex li kellu waħda mill-aqwa prestazzjonijiet tal-istaġun, li iżda xorta ma
kienx biżżejjed biex jisfurzaw it-tielet logħba.

Birżebbuġa kellhom vantaġġ ta’ 3-0 wara żewġ minuti u
kollox deher faċli sa dak il-ħin. Huma żammew id-distakk ta’ tliet gowls u
temmew l-ewwel sessjoni 5-2. Ta’ Xbiex daħlu fil-logħba b’gowl minn man-up ta’
Nenad Kacar u Gitto. Mikhael Cutajar għamel l-iskor 6-4 iżda Gerald Sammut wieġeb
ftit wara.

Ta’ Xbiex irnexxielhom iġibu d-draw fit-tielet sessjoni,
ftit sekondi wara li Max Borg kien għamel l-iskor parzjali 7-5. Iżda David
Cutajar u madwar minuta wara David Pace Lupi, taw vantaġġ doppju lil
Birżebbuġa.

It-tim ta’ Giuseppe Dato kellu jerġa’ jiġri wara
r-riżultat u saħansitra marru 10-9 minn fuq sa nofs l-ewwel parti tal-aħħar
sessjoni. Birżebbuġa ħadu vantaġġ minn żewġ okkażjonijiet ta’ man-ups biex
permezz ta’ Jake Bajada u Antun Goreta marru 11-10 minn fuq. Iżda Niccolo Gitto
ġab id-draw immedjatament b’xutt sabiħ biex il-logħba kellha tmur għall-għoti
tal-penalties minħabba li fil-logħba ried ikun hemm rebbieħ.

Fl-għoti tal-penalties, Nenad Kacar, Niccolo Gitto, Jacob
Saliba, Keith Tanti u Niall Saliba skorjaw għal Ta’ Xbiex filwaqt li Antun
Goreta, Mattias Ortoleva, Antonio Petkovic, David Cutajar u David Pace Lupi
skorjaw għal Birżebbuġa. Kacar skorja għal Ta’ Xbiex, Goreta skorja għal
Birżebbuġa iżda Gitto kellu l-penalty salvat biex Ortoleva skorja l-gowl
rebbieħ.

Birżebbuġa: D. Spiteri,
M. Borg (1), N. Cassar, D. Pace Lupi (1), R. Spiteri, A. Petkovic (1), S.
Vassallo, D. Cutajar (2), J. Bajada (2), M. Cutajar (1), A. Goreta (2), M.
Ortoleva (1), A. Bugeja, J. Saliba, M. Mifsud

Ta’ Xbiex: Z. Sciberras,
R. Greco, M. Demarco, N. Schiavone, M. Carani (1), S. Azzopardi, D. Fenech (2),
N. Saliba (1), N. Kacar (2), G. Sammut (1), K. Tanti (1), N. Gitto (3), A.
Theuma

Referees: Peter Balzan,
Massimiliano Sponza

The post Marsaskala u Birżebbuġa fis-semifinali tal-play-off tal-Ewwel Diviżjoni appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here