Home Net News “Ma nistgħux neqirdu l-kwalità tal-ħajja tan-nies bl-iskuża ta’ investiment għax in-nies iridu...

“Ma nistgħux neqirdu l-kwalità tal-ħajja tan-nies bl-iskuża ta’ investiment għax in-nies iridu jgħixu”

4
0
SHARE
Advertisement

Jamie Mercieca, Inħobbu l-Ġżira

Fl-aħħar seba’ xhur il-grupp Inħobbu l-Gżira rnexxielu jiġbor xejn inqas minn 8, 487 firma kontra l-iżvilupp f’Manoel Island u favur din il-gżira – fil qalba ta’ waħda mill-aktar zoni ffollati f’Malta.

Sakemm dawn il-firem kienu qed jinġabru, il-proġett tal-Masterplan ġie
approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar lura f’Marzu madanakollu Michael Briguglio
saħaq li kollox qed jindika li l-istudji jew ma sarux sew jew ma saru xejn
affattu hekk kif għadu kemmxejn ambigwu x’ser ikun l-effett fuq iz-zona,
iċ-ċittadini kif ukoll il-fdalijiet Rumani li jinsabu fil-baħar u li għad qed
issir riċerka dwarhom.

Fl-istess perjodu li kienu bdew jinġabru dawn il-firem, lura f’Marzu ta’ din is-sena,  il-proġett tal-Masterplan ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Madanakollu kollox qed jindika li l-istudji neċessarji ma sarux hekk kif għadu ambigwu x’ser ikun l-imipatt ta’ dan l-iżvilip fuq iz-zona, iċ-ċittadini kif ukoll il-fdalijiet Rumani li jinsabu fil-baħar.

Ritratt: Martin Agius

Net News tkellem ma’ Jamie Mercieca, resident li flimkien ma’ grupp iehor ta’ residenti, iffurmaw il-grupp Inhobbu l-Gzira u bdew il-petizzjoni.

Jamie Mercieca, Inħobbu l-Ġżira

“L-iskala tal-proġett hija enormi.
Manoel Island kollha se tkun privatizzata u se tkun qed tinbiegħ lil jaffordja
jixtri appartamenti ta’ lussu. I
ngħata
permess biex isir excavation għalkemm
il-proġett għadu mhux finalizzat. Id-domand tagħna hija din… jekk jinbidlu
l-pjanti minħabba l-EPRT x’ħa jsir jekk ikun sar it-tħaffir? … se tibqa
ħoffra fil-Gżira minflokk l-art li għandna issa?”

Huwa mbassar li min tal-anqas ix-xogħol mistenni jieħu mal-erbgħin ġimgħa u mistenni jiġġenera mat-tmenin vjaġġ kuljum bit-trakkijiet u inġenji – dan ifisser li ser isiru madwar 15,000 vjaġġ bit-trakkijiet imsemmija qalb waħda mill-aktar żoni traffikużi fi gżiritna.

Jamie Mercieca, Inħobbu l-Ġżira

“Ma sar l-ebda health impact assesment biex nara kif ħa tiġi affettwata s-saħħa
tan-nies tal-madwar… diġa hawn ħafna tniġġis tal-arja fil-Gżira. Ma nistgħux
neqirdu l-wirt nazzjonali u l-kwalità tal-ħajja tan-nies dejjem bl-iskuża ta’
investiment u business għax fl-aħħar
tal-ġurnata in-nies irridu jgħixu”

L-Awtorità
tal-Ippjanar ammettiet li waqt ix-xogħol ta’ kostruzzjoni l-kwalità tal-arja se
timtela’ b’ħafna trabijiet.. dan ifisser li tul dawn il-ġimgħqat  u xhur li jkunu għaddej ix-xogħol, residenti
taż-żona jistgħi jistennew żieda f’allerġiji u kundizzjonijiet marbuta
mat-tniġġiż fl-arja.

The post “Ma nistgħux neqirdu l-kwalità tal-ħajja tan-nies bl-iskuża ta’ investiment għax in-nies iridu jgħixu” appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here