Home Net News “Ma ksirniex liġijiet. Kien kollox miftiehem u bil-kunsens” – L-organizzatur tal-Bachelor’s Party

“Ma ksirniex liġijiet. Kien kollox miftiehem u bil-kunsens” – L-organizzatur tal-Bachelor’s Party

4
0
SHARE
Advertisement

Wara l-għagħa fuq il-media soċjali wara li deher il-filmat ta’ mara ssuttata bil-bajd minn grupp ta’ rġiel waqt bacherlor’s party, illum fuq Facebook, wieġeb wieħed mill-organizzaturi ta’ dan l-avveniment.

Fuq il-post, ir-raġel jargumenta li kollox kien skont i-liġi u miftiehem mal-mara sa l-anqas dettal. Hu iċċara l-fatt li ma tħallasx talli organizza l-party, u li din ma kienitx l-ewwel darba li qabbdu lil din il-mara għal parties ta’ dan it-tip. Hu qal ukoll li din il-mara mhijiex stripper imma entertainer, u li kull ma għamlet kien li żifnet u ċċajtat ma’ dawk preżenti.

Qal ukoll li dak li sar sar f’residenza privata u ma tħammeġ l-ebda post pubbliku. Qal ukoll li l-bajd li ntuża kien skadut. Dan b’risposta għal min qal li l-bajd missu ingħata donazzjoni lil xi istitut.

Ir-raġel irrefera wkoll għall-fatt li kien hemm tifel preżenti għal dan kollu u qal li ma kienx hemm xorb f’din l-attività.

Hu qal li l-mara li pparteċipat fi-party rringrazzjathom talli kienu ngaġġawha.

Ir-raġel saħaq i minkejja li kulħadd kellu d-dritt jgħid kif jaħsibha, l-istorja ġiet minfuha u maħruġa mill-kuntest. Qal ukoll li hu qatt ma tkellem ma ġurnalisti dwar dan il-każ u li saħansitra kellu telefonata minn surġent biex jgħidlu li hu ma kien kiser l-ebda liġi.

The post “Ma ksirniex liġijiet. Kien kollox miftiehem u bil-kunsens” – L-organizzatur tal-Bachelor’s Party appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here