Home Net News Anzjan rappurtat nieqes jinstab mejjet fil-Floriana

Anzjan rappurtat nieqes jinstab mejjet fil-Floriana

6
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 75 sena, residenti l-Pietà li kien għadu kemm ġie rrappurtat nieqes mill-familjari tiegħu, instab mejjet ftit tal-ħin wara, fil-Floriana, ftit bogħod mill-Pieta.

Skont il-Pulizija kien għall-ħabta tas-7.15pm meta rċevew rapport dwar raġel li kien mal-art fl-inħawi tal-Masġar tal-Ġublew li jinsab fi Triq l-Indipendenza.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, li ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, kien x’aktarx waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari u spiċċa taħt is-sur fl-imsemmi post.

Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid Grima li ħatret Inkjesta Maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

The post Anzjan rappurtat nieqes jinstab mejjet fil-Floriana appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here