Home Net News Titħabbar il-mewt ta’ Philip Chircop

Titħabbar il-mewt ta’ Philip Chircop

7
0
SHARE
Advertisement

Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-akbar artisti li qatt ra pajjiżna – Philip Chircop. Philip kien miżżewweġ lil Yolanda u kellu żewġt itfal Tatiana u Natasha.

Philip Chircop huwa figura ewlenija tal-arti astratta f’Malta. Ftit wara li lesta l-istudji artistiċi tiegħu fl-Iskola tal-Arti tal-Gvern, fl-1969, huwa sab ħeġġa naturali li jimbarka fuq vjaġġ personali ta’ awto-skoperta ħielsa mir-rabtiet.

Huwa esplora dinja ta’ kulur u l-forma permezz ta’ proċess ta’ għażla biex ikun jista’ jiżvela r-relazzjonijiet moħbija bejn l-affarijiet. Mill-bidu Philip ħaddan il-bżonn ta’ riċerka intuwittiva li kien jeħtieġ li jaħdem ma’ lingwa viżwali astratta, għall-kuntrarju li jfittex il-limitazzjonijiet tad-dehra tal-affarijiet.

Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ media.link communications twassal il-kondoljanzi lill-familja kollha tiegħu.

The post Titħabbar il-mewt ta’ Philip Chircop appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here