Home Net News Leonardo jgħid li Neymar għamel żball meta qal li jrid iħalli lil...

Leonardo jgħid li Neymar għamel żball meta qal li jrid iħalli lil PSG

11
0
SHARE
Advertisement

Id-Direttur Sport ta’ Paris Saint-Germain Leonardo qal li Neymar għamel żball meta wera x-xewqa li jħalli l-klabb. Rapporti fil-media internazzjonali qalu li f’Lulju Neymar qal lill-klabb li jrid jitlaq, biż-żewġ klabbs Spanjoli Barcelona u Real Madrid huma rrappurtati li jinsabu interessati fih.

Leonardo saħaq li sar ftit progress biex Neymar
jirritorna ma’ Barcelona hekk kif din il-ġimgħa ntqal li Barcelona kellhom
diskussjonijiet ma’ PSG. Neymar kien ingħaqad ma’ PSG sentejn għas-somma rekord
ta’ €222 miljun.

Bis-suq tat-trasferimenti fl-Ewropa jintemm fit-2 ta’
Settembru, Neymar tħalla barra mill-iskwadra ta’ PSG għad-debutt fil-Ligue 1
kontra Nimes il-ġimgħa l-oħra. Diversi partitarji esprimew l-opinjoni tagħhom
bi strixxuni biex Neymar iħalli l-klabb.

Leonardo qal li ma kienx jaf lil Neymar u maż-żmien sar
jafu. “Onestament naħseb li hu persuna tajba u għandu qalb tajba ħafna.
Fil-pitch hu plejer straordinarju.” Leonardo ċċara wkoll rapporti li hu mhux
fil-pjanijiet tal-kowċ Thomas Tuchel.

Il-Brażiljan żied li Neymar għadu qed isegwi programm ta’
rijabilitazzjoni u għad fadallu tliet snin kuntratt bħala plejer ta’ PSG. Hu kompla
li jridu janalizzaw is-sitwazzjoni u jsolvu kollox qabel ikun jista’ jerġa’
jilgħab. Neymar ilu ma jilgħab ma’ PSG mill-11 ta’ Mejju u tilef il-Copa
America minħabba li weġġa’ ligament fl-għaksa.

The post Leonardo jgħid li Neymar għamel żball meta qal li jrid iħalli lil PSG appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here