Home One News “It-tfal jitħawdu b’messaġġi mħallta”- Pauline Miceli

“It-tfal jitħawdu b’messaġġi mħallta”- Pauline Miceli

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Kummissarju għat-Tfal saħqet li t-tfal iridu jkunu esposti għal ambjent san.

F’kummenti li tat lil dan l-istazzjon, Pauline Miceli ma qagħdietx togħmodha. 

Sostniet kif dak li hi qed twassal ġej wara l-filmat li ħareġ fejn juri mara magħrufa bħala l-Amerikana tiġi ssuttata bil-bajd waqt bachelor’s party fejn fih anki deher tifel mhux biss espost għal dik ix-xena iżda saħansitra jwaddab il-bajd. 

Miceli stqarret li “L-ispunt ta’ din id-darba kien hemm il-fatt li kien hemm dak il-video li kulħadd jaf bih, kulħadd ħareġ stqarrija, dawk tad-drittijiet umani, tal-ugwaljanza u fejn kien hemm persuna vulnerabbli li ġiet waqt party organizzat apposta biex din tiġi bażikament abbużata b’mod ikrah. U hemmhekk innutajna li kien hemm preżenti minuri.”

Is-Sinjura Miceli spjegat li f’sitwazzjonijiet bħal dawn it-tfal jitħawwdu għaliex fuq naħa jisimgħu fuq ir-rispett u favur id-dinjità umana u fuq naħa oħra jkunu esposti għal dawn it-tip t’atti.  

“Il-ġenituri u min qed jieħu ħsiebhom naħseb irid jgħid lilu nnifsu x’messaġġi qed ngħaddulhom lil dawn it-tfal. Li kollox hu possibli? Inti tista’ persuna umana u oħra titratta b’dan il-mod”, qalet Miceli.

 Qalet li fl-uffiċċju tagħha ġieli daħlu rapporti ta’ sitwazzjonijiet li ma jagħmlux ġieh għat-tfal u dawn l-affarijiet għandhom riperkussjonijiet fuq tfal oħra li lanqas biss ikunu missew mas-sitwazzjoni.

Miceli tenniet “Jekk dan ma tiġrix biss darba, imbagħad jibdew jitkellmu u jiftaħru ma’ sħabhom għaliex iħossuhom li marru f’post tal-kbar mela allura qed issir iktar ħsara meta qed jiġu esposti għal hemm.”

Dak li qalet il-Kummissarju għat-tfal issegwi stqarrijiet oħra fuq il-mara f’nofs il-kontroversja li wkoll qalet tagħha u nsistiet li m’għandiex bżonn avukati u appellat biex ħadd ma jindaħlilha.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here