Home One News Iridu li Malta daħħal l-immigranti anke jekk mhux responsabbli

Iridu li Malta daħħal l-immigranti anke jekk mhux responsabbli

5
0
SHARE
Advertisement

Numru ta’ NGOs ħarġu dikjarazzjoni pubblika jħeġġu lill-gvern idaħħal lill-bastimenti tal-NGOs li issa ilhom diversi jiem fuq il-baħar jistennew port kenni biex fuqhom iniżżlu lill-mijiet ta’ persuni li ġabru minn fuq il-baħar. L-NGOs qalu li l-kundizzjonijiet qed jeħżienu u sostnew li Malta għandha tara li jidħlu fil-portijiet tagħha anke jekk mhux responsabbli bil-liġijiet internazzjonali. L-NGOs sostnew li mhux ġustifikat li jkun hemm stati li jirrifjutaw li jdaħħlu lil dawk salvati minn NGOs. Kliem iebes ukoll lejn l-Unjoni Ewropea, li skont dawn l-NGOs qed tagħlaq il-bibien lill-persuni li ħarbu mis-sofferenzi. Qalu li dan imur kontra l-prinċipji tal-istess Ewropa. 

Iktar kmieni llum tniżżlu madwar 13-il persuna f’Lampedusa peress li kellhom kura medika. Dan wara li fl-aħħar jiem il-vapur Open Arms resaq iktar qrib din il-gżira. Dan riżultat tal-fatt li tribunal Taljan annula deċiżjoni tal-Ministru għall-Intern Matteo Salvini li kien qed jirrifjuta li dan il-bastiment jidħol fl-ibħra Taljani.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here