Home Net News Il-bajja tal-Għadira tinbidel f’kunċert ta’ Rockestra

Il-bajja tal-Għadira tinbidel f’kunċert ta’ Rockestra

13
0
SHARE
Advertisement

Kunċert
żgħir ta spettaklu u togħma ta’ dak li se jseħħ f’Rockestra fit-28 ta’
Settembru li ġeġ b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-Ġimgħa
filgħodu l-persuni li kienu fil-bajja tal-Għadira saru udjenza għal spettaklu
li kien jinvolvi ħelikopter, u anki numru ta’ jet skis.

Għall-bidu
l-ħelikopter qajjem tħassib lil dawk preżenti, iżda wara ftit mumenti  l-ħelikopter deher idur fuq il-bajja,
struttura li kienet armata fuq ir-ramel inkixfet, u deher palk.

Minnufih
bdiet esebizzjoni minn band, u sar magħruf li din hija promozzjoni
għall-festival Rockestra, bis-sehem ta’ 20 mużiċist mill-Orkestra Filarmonika
Nazzjonali.

Il-mużiċisti
kienu taħt id-direttur mużikali Sigmund Mifsud, filwaqt li d-direzzjoni
artistika tinsab f’idejn Paul Borg Bonaci.

The post Il-bajja tal-Għadira tinbidel f’kunċert ta’ Rockestra appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here