Home Net News Garaxx jieħu n-nar f’Ħad-Dingli

Garaxx jieħu n-nar f’Ħad-Dingli

5
0
SHARE
Advertisement

Karozza ħadet in-nar fi Triq il-Kbira f’Ħad-Dingli f’garaxx residenzjali tul dan il-lejl għall-ħabta tal-11.45pm. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni fejn mill-ewwel stħarriġ deher li fil-garaxx kien hemm żewġ vetturi li waħda minnhom ħadet in-nar.

Il-pulizija infurmawna li għal xi ħin l-akwati tal-imsemmija t-triq kienu bla dawl biex il-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jitfu n-nar.

Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan l-inċident.

The post Garaxx jieħu n-nar f’Ħad-Dingli appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here