Home Net News Fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Għajnsielem

Fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Għajnsielem

5
0
SHARE
Advertisement

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Għajnsielem. L-inċident seħħ fi Triq l-Imġarr fis-1am.

Il-mara li skont l-ewwel indikazzjonijiet hija ta’ nazzjonalità barranija kienet passiġġiera ma’ Norveġiż ta’ 43 sena li joqgħod Ta’ Kerċem. Hija kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ħelikopter minħabba l-ġrieħi serji li ġarrbet. Fil-karozza kien hemm ukoll barrani ieħor.

Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 36 sena min-Nadur. Rekbin magħha kien hemm Kanadiża ta’ 45 sena u tlett itfal bl-etajiet ta’ disa’ snin, 11-il sena u 14-il sena.

Il-Maġistrat Brigitte Sultana fetħet inkjesta fuq il-każ.

Intant dawn mhux l-ewwel inċident li seħħ f’din it-triq, anzi s-Sindku ta’ Għajnsielem, permezz ta’ post fuq Facebook mill-ġdid wera l-ħsibijiet tiegħu fuq dan u kif din it-triq bosta drabi qed tkun ta’ periklu kemm għas-sewwieqa u kif ukoll għar-residenti.

The post Fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Għajnsielem appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here