Home Net News Tingħata l-aħħar tislima lil Lambrecht

Tingħata l-aħħar tislima lil Lambrecht

8
0
SHARE
Advertisement

Mijiet ta’ ħbieb u partitarji ħonqu t-toroq viċin il-knisja fir-raħal ta’ Knesselare fil-Bejgju sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Bjorg Lambrecht, iċ-ċiklist żagħżugħ ta’ 22 sena li miet traġikament il-ġimgħa li għaddiet. Mal-wasla fil-knisja, Bjorg Lambrecht inġarr minn ċiklisti sħabu tat-tim Lotto Soudal li bħalu kienu qed jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tour tal-Polonja.

Iċ-ċiklist
Belġjan Bjorg Lambrecht miet wara ħabta fit-tielet stadju tat-Tour de Pologne. Lambrecht
ħabat madwar 60 mil mit-tmiem tat-tellieqa minn Chorzow lejn Zabrze
fil-Polonja. Mal-inċident kien ittieħed bil-ħelikopter lejn l-isptar fejn miet
aktar tard.

Huwa
kien fit-tieni staġun tiegħu fl-ogħla livell ta’ ċikliżmu professjonali u kien meqjus
bħala wieħed mill-aktar ċiklisti Belġjani promettenti. Hu rebaħ il-kategorija
ta’ taħt it-23 sena tat-tellieqa klassika Liege-Bastogne-Liege fl-2017 u temm
fit-tieni post fil-Kampjonat tad-Dinja tal-2018 fil-kategorija ta’ taħt it-23
sena.

The post Tingħata l-aħħar tislima lil Lambrecht appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here