Home Net News Spettakli pirotekniċi lejlet Santa Marija

Spettakli pirotekniċi lejlet Santa Marija

5
0
SHARE
Advertisement

Lejliet il-Festa
ta’ Santa Marija Assunta f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex u ma
jistax jonqos ix-xogħol li ma jaqta’ xejn bi preparazzjonijiet għall-ispettakli
pirotekniċi.

In-Nazzjon żar
l-art fl-Imqabba fejn bħalissa diversi persuni sfidaw ix-xemx tiżreġ li jġib
miegħu Awwissu biex itellaw spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika
b’elementi innovattivi. Hekk kif l-Erbgħa filgħaxija saret wirja speċjali ġewwa
l-Imqabba, kienu ħafna dawk li ma qalawx għajnejhom minn fuq xogħolhom bl-iskop
li jlestu kollox sa filgħaxija.

“Se nkunu qed
nassistu għal wirja piromużikali ta’ 26 minuta fejn ħa naħarqu ‘l fuq minn
12,000 murtal ta’ diversi daqs,” saħaq b’passjoni sħiħa Jason Borg, filwaqt li żied
jgħid, “L-ewwel 10 minuti ħa tkun ibbażata fuq mużika tal-Queen imbagħad
fl-aħħar ħa jkolna se nispiċċaw bil-kbir hekk kif se nintroduċu ċerti elementi
ġodda ta’ nar u ammont konsiderevoli ta’ blalen kbar.”

Jason Borg kompla
jispjega kif xogħol ta’ ftit minuti jieħodilhom ix-xhur biex jipperfezzjonaw
kollox għal ġurnata finali.

“Prattikament nibdew minn Settembru bi pjanar, isir in-nar bażiku u nibqaw nippjanaw biċċa biċċa,” qal Borg, filwaqt li kompla jgħid, “Fl-aħħar nibdew ngħaqdu l-proġett u ngħaqqdu mal-mużika.”

Ritratti: Matthew Tabone

Minn hemmhekk
imxejna għall-Qrendi fejn ukoll kienu għaddejjin bl-aħħar preparamenti b’rata
mgħaġġla minn naħa tad-dilettanti.

Kif wieħed jidħol
ġewwa dan ir-raħal, l-ewwel ħaġa li jinnota hija l-ammont ta’ nar tal-art li
hemm armat biex jinħaraq.

Mario Zerafa
spjegalna iktar dwar l-ispettaklu b’element pirotekniku ġewwa r-raħal tiegħu li
se jittella’ l-Erbgħa filgħaxija wkoll.

“L-ispettaklu beda għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija bl-ispettaklu bl-isem ta’ ‘The Conquest of Darkness’,” saħaq Zerafa filwaqt li żied jgħid, “Għandna fuq nofs siegħa sew f’nar sinkronizzat mal-mużika li dan se jkun maqsum fuq żewġ partijiet. L-ewwel parti segwita b’murtali tradizzjonali u wara ngħalqu b’aktar nar sinkronizzat mal-mużika. Iżda dan mhux kollox hekk kif hawn ħarqa kbira tal-art u wara spettaklu ieħor ta’ nar sinkronizzat ma’ mużika b’diversi effetti speċjali li ħa nżanżnuhom dis-sena għall-ewwel darba.”

Ritratti: Matthew Tabone

Dan kollu se jkun qed iwassal għal tmiem lejlet il-festa ta’ Santa Marija f’diversi lokalitajiet.

Filmat: Steve Psaila
Muntaġġ: Vanessa Mizzi

The post Spettakli pirotekniċi lejlet Santa Marija appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here