Home Net News Ir-Russja: Jiżdied b’sittax-il darba l-livell tar-radjazzjoni wara l-isplużjoni tar-rokit

Ir-Russja: Jiżdied b’sittax-il darba l-livell tar-radjazzjoni wara l-isplużjoni tar-rokit

8
0
SHARE
Advertisement

Is-servizzi meteoroloġiċi tar-Russja qalu li l-livelli tar-radjazzjoni viċin sit lejn it-Tramuntana mbiegħda tal-pajjiż kienu ‘sittax-il darba akbar min-normal’. Dan kien irrappurtat wara l-isplużjoni ta’ rokit, nhar il-Ħamis, li ħalliet talanqas ħamsa mejtin, bl-aħħar livelli tar-radjazzjoni jkunu kalkulati fil-belt tal-port ta’ Severodvinsk.

L-isplużjoni seħħet ‘il hinn
mill-kosta tal-belt u ġo faċilità militari fejn kienu għaddejjin il-provi għal
magna li kellha tkun iġġenerata bl-enerġija nukleari.

Il-ħames mejtin fl-isplużjoni,
qrib il-villaġġ ta’ Nyonoksa, kienu kollha xjenzati, bir-rapporti jirreferu
wkoll għal diversi midruba.

Il-kalkoli tar-radjazzjoni ( gamma radiation) minn sitt stazzjonijiet
fiz-zona ta’ Severodvinsk ( fejn jgħixu mal-180,000 resident) varjaw bejn erba’
u sittax-il darba akbar mir-rata normali ta’ 0.11 microsieverts fis-siegħa.

Sadanittant, il-kalkoli
tas-servizzi meteoroloġiċi qed jidhru li jikkontradixxu r-rapporti inizjali
tal-uffiċjali f’Severodvinsk.

Dan wara li l-awtoritajiet
fil-belt, qabel, kienu qalu li l-livelli tar-radjazzjoni ftit wara l-isplużjoni
kienu ogħla min-normal ‘għal xi 40 minuta biss’. B’kuntrast għal dan,
is-servizzi ta’ Rosgidromet qalu li
l-qabża fil-livell tar-radjazzjoni, fil-fatt, kienet damet għal sagħtejn u
nofs.

L-isplużjoni kienet qajjmet
paniku kbir fost ir-residenti tal-inħawi, b’ħafna nies jixtru l-jodju (
mediċinali) li kapaċi tillimita l-effetti tar-radjazzjoni. Fil-fatt,
l-ispiżeriji fl-ibliet ta’ Severodvinsk u Arkhangelsk irrappurtaw li kienu qed
jonqsulhom il-ħażniet tal-jodju f’dawn iċ-ċirkustanzi.

Sadanittant, il-kelliema
għall-Kremlin ta’ Moska naqsu milli jelaboraw fuq id-dettalji tal-prova
għall-magna li kellhom riżultati diżastrużi. Dan waqt li qalu lill-ġurnalisti
li ‘l-inċidenti, sfortunatament, huma parti mill-ħajja’.

Huma anki konfliġġenti
r-rapporti dwar l-evakwazzjonijiet potenzjali tar-residenti mill-inħawi ta’
Nyonoksa, b’uħud minn dawn ir-residenti jiżvelaw li huma kienu ġew mitluba
jitilqu minn djarhom ‘qabel kellhom isiru sensiela ta’ eżerċizzji militari’.

L-uffiċjali f’Severodvinsk,
imbagħad, ħarġu stqarrija fejn dehru li kkonfermaw id-direttiva għall-evakwazzjoni
– iżda uffiċjali Russi oħrajn malajr ċaħdu għal dan, bil-Gvernatur reġjonali,
Igor Orlov, ifisser id-direttiva bħala ‘ineżistenti u bla sens’.

The post Ir-Russja: Jiżdied b’sittax-il darba l-livell tar-radjazzjoni wara l-isplużjoni tar-rokit appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here