Home Net News Cristiano Ronaldo jiżvela dak li jissepara lilu minn Lionel Messi

Cristiano Ronaldo jiżvela dak li jissepara lilu minn Lionel Messi

2
0
SHARE
Advertisement

Cristiano Ronaldo qal li d-differenza bejnu u Lionel Messi hi li l-Portugiż rebaħ iċ-Champions League ma’ klabbs differenti. Il-plejer ta’ 34 sena rebaħ ħames darbiet iċ-Champions League, fl-2008 ma’ Manchester United u erba’ darbiet ma’ Real Madrid li tlieta minnhom kienu konsekuttivi. Ronaldo għandu wkoll diversi rekords fosthom l-aktar plejer li rebaħ Tazzi Ewropej u l-aktar gowls skorjati fi staġun taċ-Champions League meta fl-istaġun 2013/14 kien skorja 17-il gowl.

“Jien kont l-aqwa skorer fiċ-Champions League għal sitt
staġuni konsekuttivi. Ma tantx hemm plejers li rebħu ħames darbiet iċ-Champions
League u għalhekk inħoss li nista’ nidentifika lili nnifsi ma’ dan
it-tournament,” qal Ronaldo.

Intant, Messi rebaħ iċ-Champions League erba’ darbiet ma’
Barcelona, bl-aħħar unur jasal fl-2015. Hu skorja wkoll 135 gowl f’din
il-kompetizzjoni minn meta għamel id-debutt fil-fażi tal-gruppi kontra Shakhtar
Donetsk fl-2004.

L-Arġentin ta’ 32 sena għandu r-rekord ma’ Ronaldo ta’
tmien tripletti fil-kompetizzjoni u ż-żewġ plejers rebħu l-Ballun tad-Deheb
ħames darbiet kull wieħed. “Messi hu plejer eċċellenti li se jibqa’ mfakkar
mhux għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb imma li bħali tjieb sena wara sena.”

“Jien inqum kull filgħodu bl-idea f’rasi tat-taħriġ
bl-objettiv li nikseb xi ħaġa aktar mhux biss flus. Nirringrazzja lil Alla mhux
nieqes mill-flus u għalhekk li rrid nikseb hu post fl-istorja tal-futbol,” qal
il-plejer ta’ Juventus.

The post Cristiano Ronaldo jiżvela dak li jissepara lilu minn Lionel Messi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here