Home Net News Aktar żidiet għall-familji u l-anzjani

Aktar żidiet għall-familji u l-anzjani

4
0
SHARE
Advertisement

Ikomplu jiżdiedu l-ispejjeż għall-familji Maltin u Għawdxin. Dan hekk tħabbret żieda fuq mediċina partikolari li tintuża minn diversi nies.

Nies li tkellmu ma’ netnews stqarrew li meta marru biex jixtru l-panadols sabu żieda sostanzjali fil-prezz ta’ din il-mediċina – żieda ta’ madwar 13-il ċenteżmu fuq kull tip ta’ panadols.

Il-Panadol advance żdiedu minn €2.85 għal €2.98 – żieda ta’ 13-il ċenteżmu.
Il-Panadol soluble żdiedu minn €4.10 għal €4.22 – żieda ta’ 12-il ċenteżmu.
Il-Panadol cold & flu żdiedu minn €6 għal €6.12 – żieda ta’ 12-il ċenteżmu.
Il-Panadol by 24 żdiedu minn €2.05 għal €2.17 – żieda ta’ 12-il ċenteżmu.
Il-Panadol by 48 żdiedu minn €3.60 għal €3.73 – żieda ta’ 13-il ċenteżmu.
Il-Panadol extra żdiedu minn €4.10 għal €4.22 – żieda ta’ 12-il ċenteżmu.

Dan ikompli jżid ma’ diversi prodotti li għolew f’dawn l-aħħar ġimgħat fosthom il-ħalib, il-ġobon, il-yoghurt, il-ħobż, is-servizz tal-posta kif ukoll il-petrol u s-diesel.

The post Aktar żidiet għall-familji u l-anzjani appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here