Home Net News Akkużi li hedded tifla li joqtolha jekk titilqu

Akkużi li hedded tifla li joqtolha jekk titilqu

5
0
SHARE
Advertisement

Ħamruniż ta’ 25 sena ttella’ l-Qorti b’akkużi li kkorrompa tifla ta’ ħmistax-il sena. Hu qed jiġi mixli li wara li f’Lulju kien ingħata l-ħelsien mill-arrest relatati xorta waħda baqa’ jikkuntatja lit-tifla.

Wieħed mix-xhieda, in-nannu tat-tifla stess qal quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli li ra lit-tifla titla’ fuq vann misjuq mill-akkużat. Dan filwaqt li sema’ diversi telefonati li kien jagħmlilha l-istess raġel jheddidha li jekk titilqu joqtolha.

Xiedha oħra kienet ommha fejn saħqet li binha gidbet magħha dwar mobile li kienet qed tagħmel użu minnu biex tikkuntatjah, filwaqt li nstabu diversi ittri li kien jibagħtilha.

L-omm qalet li bintha stqarret magħha li kienet qed tibża’ mill-akkużat minn x’jista’ jagħmlilha.

L-aħħar xhud kienet it-tifla nnifisha fejn qalet li minn mindu r-raġel inħeles mill-ħabs, huma ltaqgħu darbtejn. Madanakollu, waqt is-seduta ħareġ li l-akkużat iltaqa’ aktar minn darbtejn magħha.

Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

The post Akkużi li hedded tifla li joqtolha jekk titilqu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here