Home Net News 5 persuni midruba wara splużjoni fiż-Żejtun

5 persuni midruba wara splużjoni fiż-Żejtun

4
0
SHARE
Advertisement

Mara ta’ 32 sena u tifla ċkejkna, it-tnejn Maltin, ġarbu xi ġrieħi wara li mill-ewwel indikazzjonijiet sploda murtal f’parkeġġ ta’ kumpless kummerċjali fil-limiti taż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Vjal 25 ta’ Novembru fejn fost dawk involuti kien hemm ukoll żewġ nisa u raġel Belġjani.

Filwaqt li fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lill-vittmi l-Isptar Mater Dei għal aktar kura – kelliema għall-Pulizija li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet saħqu li fortunatament mill-ewwel indikazzjonijiet ma jidhirx li l-persuni ndarbu gravement.

The post 5 persuni midruba wara splużjoni fiż-Żejtun appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here