Home One News Raġel fil-periklu tal-mewt u żewġt itfal l-isptar wara li ntlaqtu minn BMW

Raġel fil-periklu tal-mewt u żewġt itfal l-isptar wara li ntlaqtu minn BMW

5
0
SHARE
Advertisement

Serbjan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Lija. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar meta ir-raġel ta’ sebgħa u erbgħin (47) mill-Gżira kien miexi flimkien ma’ żewġ subien ta’ għaxar snin fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija, meta għal xi raġuni ntlaqtu minn vettura tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ għoxrin (20) sena.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet li raġel u liż-żewġ subien l-Isptar Mater Dei minnufih għal iktar kura. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja filwaqt li wieħed mis-subien sofra minn ġrieħi ħfief. Il-ġrieħi tat-tieni tifel għadhom pendenti. Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Monica Vella li ħatret diversi espert sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here