Home Net News Perisic jingħaqad ma’ Bayern Munich b’self

Perisic jingħaqad ma’ Bayern Munich b’self

7
0
SHARE
Advertisement

Bayern Munich iffirmaw lil Ivan Perisic b’self mingħand Inter għal €5 miljuni sal-aħħar tal-istaġun b’għażla li jiffirmaw il-plejer fi tmiem l-istaġun għal €20 miljun. Perisic kien ingħaqad ma’ Inter fis-sajf tal-2015 għal €16-il miljun u fl-aħħar snin kien wieħed mill-plejers importanti fit-tim. Iżda mal-wasla ta’ Antonio Conte bħala kowċ, Perisic ma kienx fil-pjanijiet tas-sistema tattika tat-Taljan.

Oriġinarjament Bayern Munich kienu interessati fil-winger
ta’ Manchester City Leroy Sane iżda l-Ġermaniż ta’ 23 sena ċarrat il-ligament
tal-cruciate fil-Community Shield aktar kmieni dan ix-xahar. Dan wassal biex
il-Ġermaniżi xeħtu l-interess tagħhom fuq il-Kroat ta’ 30 sena.

Għal Perisic dan se jkun ritorn fil-Ġermanja wara
esperjenzi ma’ Borussia Dortmund u Wolfsburg bejn l-2011 u l-2015. Hu rebaħ
il-Bundesliga ma’ Dortmund fl-istaġun 2011/12 u għen lill-Kroazja tasal
sas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena l-oħra. Mat-tim nazzjonali
tal-Kroazja hu lagħab 82 logħba u skorja 23 gowl.

Id-Direttur Sportiv ta’ Bayern Munich Hasan Salihamidzic
qal li Perisic se jgħin lit-tim bl-esperjenza tiegħu fl-ogħla livell
internazzjonali. Fl-ewwel kummenti tiegħu, Perisic qal li hu sodisfatt li
rritorna l-Ġermanja u saħaq li Bayern Munich iridu jippruvaw jirbħu
l-Bundesliga t-Tazza Ġermaniża kif ukoll il-UEFA Champions League.

The post Perisic jingħaqad ma’ Bayern Munich b’self appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here