Home Net News Murray mhux se jilgħab b’mod individwali fl-Open tal-Istati Uniti

Murray mhux se jilgħab b’mod individwali fl-Open tal-Istati Uniti

8
0
SHARE
Advertisement

Andy Murray ħa d-deċiżjoni li mhux se jkun qed jilgħab b’mod individwali fl-Open tal-Istati Uniti wara li kien megħlub fl-ewwel rawnd tal-Masters ta’ Cincinnati. Iżda l-eks numru wieħed tad-dinja se jkun qed jieħu sehem fid-doubles kemm mixed kif ukoll tal-irġiel, fil-Grand Slam li jibda fis-26 ta’ Awwissu.

Murray tilef 6-4, 6-4 kontra Richard Gasquet, f’dik li kienet l-ewwel logħba kompetittiva individwali minn meta għamel l-operazzjoni f’ġenbu lejn tmiem Jannar. Wara l-logħba, Murray ammetta li għandu bżonn aktar ħin biex jikkunsidra li jilgħab logħba l-aqwa fuq ħames logħbiet. Hu kompla li ma setax jipposponi d-deċiżjoni li jaċċetta wild card li kien offrut Assoċjazzjoni Amerikana tat-Tennis.

L-Iskoċċiż ma kkonfermax min se jkun qed jakkumpanjah
fiż-żewġ avvenimenti li se jieħu sehem fi Flushing Meadows, il-post fejn rebaħ
l-ewwel Grand Slam lura fl-2012. Fil-passat hu lagħab ma’ Feliciano Lopez fi
Queen’s f’Ġunju u ma’ Marcelo Melo f’Eastbourne.

F’Wimbledon hu lagħab ma’ Serena Williams fil-mixed
doubles u ma’ Pierre-Hugues Herbert. Fl-Open ta’ Washington Murray lagħab ma’
ħuh Jamie Murray u kienu eliminati mal-aħħar tmienja, biex fl-Opent tal-Kanada
f’Montreal reġa’ pparteċipa flimkien ma’ Lopez.

The post Murray mhux se jilgħab b’mod individwali fl-Open tal-Istati Uniti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here