Home Net News Il-PA tapplika għal permess ta’ tqattigħ fis-swar

Il-PA tapplika għal permess ta’ tqattigħ fis-swar

4
0
SHARE
Advertisement

Quddiemha, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha għall-approvazzjoni applikazzjoni biex titqatta’ trinka wiesa fis-swar biex jinħoloq aċċess minn barra. L-applikant – L-Awtorità tal-Ippjanar innifisha.

Skont rapport li deher fuq Maltatoday, il-Case Officer qed jirrakkomanda li l-Awtorità tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha għal din l-applikazzjoni li tinkludi fost l-oħrajn it-tqattigħ fis-swar biex jinħoloq aċċess għall-parkeġġ.

Ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni fi ħdan din l-Awtorità
talbet l-approvazzjoni tas-Superintendenza għall-Wirt Kulturali, li baqgħet
siekta dwar din l-applikazzjoni.

Il-Case Officer fuq dan il-każ interpretha dan is-skiet bħala sinjal ta’ approvazzjoni minn naħa tas-Superintendenza.

L-NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar wissiet li l-approvazzjoni ta’ din l-applikazzjoni tkun qed toħloq preċedent biex min irid jibda jqatta fis-swar, iqatta’.

Is-swar ta’ pajjiżna huma binjiet skedati Grad 1.

The post Il-PA tapplika għal permess ta’ tqattigħ fis-swar appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here