Home Net News Il-Bord tal-Etika tal-PN jikkonkludi li ma kien hemm ebda ksur ta’ regoli...

Il-Bord tal-Etika tal-PN jikkonkludi li ma kien hemm ebda ksur ta’ regoli jew intenzjonijiet ħżiena minn Hermann Schiavone

7
0
SHARE
Advertisement

Id-Deputat Hermann Schiavone ma kiser l-ebda struzzjoni jew regola tal-Partit Nazzjonalista u għaldaqstant, m’hemmx għalfejn ikun hemm proċeduri ulterjuri.

Din kienet il-konklużjoni tal-Bord tal-Etika tal-PN fil-każ fil-konfront ta’ Hermann Schiavone. Kien fl-10 ta’ April ta’ din is-sena li l-Kap tal-PN Adrian Delia aċċetta l-awtosospensjoni tad-Deputat Schiavone u rrefera l-każ lill-Bord tal-Etika.

Fi stqarrija, il-PN qal li l-Bord ikkonkluda li filwaqt li f’dan il-każ ma sar l-ebda ksur ta’ liġi jew ksur ta’ regoli, u lanqas ma kien hemm intenzjonijiet ħżiena, dan kien każ ta nuqqas ta’ sens ta’ ġudizzju. 

Il-Bord irrakkomanda li l-passi tal-prudenza jiġu dejjem segwiti. Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit, fil-laqgħa tal-lum, aċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Etika u informa l-Kumitat Eżekuttiv bid-deċiżjoni tiegħu.

The post Il-Bord tal-Etika tal-PN jikkonkludi li ma kien hemm ebda ksur ta’ regoli jew intenzjonijiet ħżiena minn Hermann Schiavone appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here