Home Net News Celtic u Porto eliminati mill-UEFA Champions League filwaqt li Ajax jeħilsuha ħafif

Celtic u Porto eliminati mill-UEFA Champions League filwaqt li Ajax jeħilsuha ħafif

4
0
SHARE
Advertisement

Celtic u Porto kienu eliminati mit-tielet rawnd tal-UEFA Champions League filwaqt li Ajax ħelsuha ħafif. B’hekk Celtic u Porto jkomplu l-avventura Ewropea fil-play-off tal-Europa League. Celtic sfaw vittma ta’ Cluj meta tilfu l-vantaġġ darbtejn f’telfa ta’ 4-3. Iċ-champions Skoċċiżi riedu draw mingħajr gowls jew rebħa biex jikkwalifikaw wara d-draw ta’ 1-1 fir-Rumanija.

Iżda l-logħba ġiet aktar għat-telgħa meta Ciprian Deac poġġa lil Cluj minn fuq ftit qabel in-nofs siegħa logħob. Celtic dawru l-logħba wara l-mistrieħ b’gowls ta’ James Forrest u Odsonne Edouard iżda r-Rumeni ġabu d-draw permezz ta’ Billel Omrani. Ryan Christie reġa’ poġġa lit-tim ta’ Neil Lennon iżda penalty ta’ Omrani ġab id-draw. B’Celtic jagħfsu telfa bil-gowls away, George Tucudean rebbaħ il-logħba lil Cluj b’gowl fil-ħin miżjud.

Porto wkoll kienu eliminati hekk kif ir-rimonta fit-tieni taqsima ma kinitx biżżejjed f’telfa ta’ 3-2 kontra Krasnodar f’Estadio do Dragao. Wara li kienu rebħu fir-Russja ġimgħa ilu, Porto spiċċaw 3-0 minn taħt wara 34 minuta. Tony Vilhena fetaħ l-iskor wara tliet minuti, b’Magomed-Shapi Suleymanov jiskorja fit-13 u l-34 minuta. Ze Luis u Luis Diaz skorjaw fis-57 u s-76 minuta iżda naqsu li jiskorjaw it-tielet gowl li jfisser kwalifikazzjoni.

Intant, is-semifinalisti tas-sena l-oħra Ajax kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra PAOK biex għaddew wara d-draw ta’ 2-2 fil-Greċja ġimgħa ilu. Diego Biseswar poġġa lil PAOK minn fuq qabel Dusan Tadic ġab id-draw minn penalty fit-43 minuta. Nicolas Tagliafico għamel l-iskor 2-1 favur Ajax fid-79 minuta u sitt minuti wara Tadic skorja t-tielet gowl ukoll minn penalty. Biseswar naqqas id-distakk minn penalty fit-93 minuta iżda kien tard wisq biex joħloq sorpriża oħra.

UEFA
CHAMPIONS LEAGUE

It-Tielet Rawnd – II Leg

Porto v Krasnodar 2-3 (Agg: 3-3)

Celtic v Cluj 3-4 (Agg: 4-5)

Ajax v PAOK 3-2 (Agg: 5-4)

Olympiacos v Istanbul Basaksehir 2-0 (Agg: 3-0)

LASK v Basel 3-1 (Agg: 5-2)

Ferencvaros v D. Zagreb 0-4 (Agg: 1-5)

Copenhagen v Red Star 1-1 (Agg: 2-2) (Red Star jirbħu 7-6 bil-penalties)

D. Kyiv v Club Brugge 3-3 (Agg: 3-4)

Rosenborg v Maribor 3-1 (Agg: 6-2)

Qarabag v APOEL 0-2 (Agg: 2-3)

The post Celtic u Porto eliminati mill-UEFA Champions League filwaqt li Ajax jeħilsuha ħafif appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here