Home Net News Birkirkara jagħlqu l-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League b’telfa kbira

Birkirkara jagħlqu l-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League b’telfa kbira

7
0
SHARE
Advertisement

BIRKIRKARA………………… 2 WEXFORD YOUTHS…………………… 7

Birkirkara għalqu l-impenji tagħhom fi Grupp 10 mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League b’telfa kbira ta’ 7-2 kontra Wexford Youths. Il-Karkariżi kienu qed jittamaw li jagħmlu dak li għamlu s-sena l-oħra, jiġifieri tal-anqas jiġbru punt wara żewġ telfiet minimi fiż-żewġ ħarġiet l-oħra. B’hekk huma temmew il-grupp bi tliet telfiet.

Wexford fetħu l-iskor fit-32 minuta meta minn korner ta’
Ciara Rossiter, kienet Kylie Murphy li għelbet lil Janice Xuereb b’daqqa ta’
ras. Tliet minuti wara McKenna Davidson irduppjat b’azzjoni personali fuq
in-naħa xellugija.

Birkirkara daħlu fil-logħba qabel il-mistrieħ b’Raina
Giusti tirċievi passaġġ vertikali mingħand Kailey Willis fuq in-naħa xellugija,
b’Giusti tavvanza u għelbet lil Ciamh Dollard.

Wexford għamlu l-iskor 3-1 fl-54 minuta b’azzjoni tajba
mil-lemin ta’ Rianna Jarrett li tefgħet kross għan-nofs lejn Edel Kennedy li
kompliet għal ġewwa minn qagħda ideali. L-iskor kompla jikber fil-61 minuta b’daqqa
ta’ ras ta’ Murphy wara korner ta’ Rebekah Cassin.

Birkirkara daħlu fil-logħba żewġ minuti wara b’Ylenia
Carabott tieħu vantaġġ minn żball ta’ Dollard. Iżda Wexford temmew kull tama ta’
rimonta Karkariża bil-ħames gowl fil-71 minuta bit-tielet gowl fil-logħba ta’
Kylie Murphy li għelbet lil Janice Xuereb b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa.

Huma saħansitra kabbru l-iskor lejn it-tmiem permezz ta’
Rianna Jarrett fil-85 minuta u Ciara Rossiter fil-91 minuta.

Birkirkara: J. Xuereb, A. Sultana (M. Felice 87’), J. Sakic, S.
Farrugia, Y. Vella, G. Zahra (S. Zarb 62’), A.M. Said, T. Teuma, Y. Carabott,
R. Giusti, K. Willis (M. Sciberras 80’)

Wexford: C. Dollard, R. Cassin, N. Sinnott, L. Dwyer (V. Ogbonna
69’), C. Rossiter, K. Murphy, A. Slattery, E. Kennedy, L. Kelly (K. Parrock 64’),
M. Davidson (F. Ryan 80’), R. Jarrett

Referee: Lizzy Van Der Helm (Olanda)

The post Birkirkara jagħlqu l-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League b’telfa kbira appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here