Home Newsbook Jitressaq il-Qorti wieħed mill-grupp li daħlu jisirqu minn dar ta’ anzjana fil-Belt

Jitressaq il-Qorti wieħed mill-grupp li daħlu jisirqu minn dar ta’ anzjana fil-Belt

3
0
SHARE
Advertisement

Raġel li ma jaħdimx ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li daħal flimkien ma’ oħrajn jisraq minn dar ta’ mara anzjana. Il-każ seħħ jumejn ilu, żewġ persuni għadhom qed jiġu mfittxija mill-Qorti.

AQRA: Aġġornata: Il-Pulizija bi tfittxija għall-ħallelin li serqu anzjana fil-Belt

Ir-raġel ta’ 36 sena li jgħix l-Imsida wieġeb mhux ħati f’Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud. Ir-raġel ġie akkużat b’serq aggravat, arrest illegali, li kkawża ġrieħi ħfief u li kien qed iġorr sikkina bla liċenzja. Ir-raġel ġie akkużat ukoll li huwa riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ żewġ digrieti għall-ħelsien mill-arrest.

L-Ispetturi tal-Pulizija Fabian Fleri, Lydon Zammit u Kylie Borg spjegaw lill-Qorti li jumejn ilu mara anzjana li tgħix fi Triq Marsamxett sfat fil-mira ta’ tliet persuni li daħlu jisirqu mid-dar tagħha.

Il-mara li kienet id-dar meta seħħ il-każ sofriet ġrieħi ħfief. Il-persuni li daħlu jisirqu nqabdu mill-kameras tas-sigurtà li wrew nies b’laptop għaddejjin jiġru. Il-Pulizija qalet li t-tliet persuni ġew identifikati kollha, iżda wieħed minnhom biss inqabad.

L-avukat Simon Micallef Stafrace talab għall-ħelsien mill-arrest għall-akkużat. Huwa sostna li l-akkużat ma għandu l-ebda rabta mal-vittma.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest u sostniet li hemm l-evidenza.

Il-Maġistrat Joe Mifsud sostna dwar il-bżonn li tiġi protetta s-soċjetà. Huwa stqarr li filwaqt li mhux se jidħol fil-meritu tal-każ, il-vittma għandha tixhed filwaqt li dawk li kienu kompliċi fis-serqa għandhom jinstabu.

Il-Maġistrat Mifsud irrifjuta t-talba għall-ħelsien mill-arrest, filwaqt li żied jgħid li dan għamlu biex jipproteġi kemm lis-soċjetà kif ukoll lill-akkużat minn xi tentazzjoni.

The post Jitressaq il-Qorti wieħed mill-grupp li daħlu jisirqu minn dar ta’ anzjana fil-Belt appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here