Home Newsbook Jammetti li seraq xfafar, cards u tabakk

Jammetti li seraq xfafar, cards u tabakk

9
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 47 sena mill-Belt li għandu problema tad-droga wieġeb ħati għall-akkużi ta’ serq. Fost l-affarijiet li seraq huwa seraq xfafar u tabakk.

Ir-raġel, Joseph Camilleri tressaq quddiem il-Qorti akkużat li seraq Revolut card li kellu l-intenzjoni li juża u Tallinja card, kif ukoll li seraq tabakk u xafra tal-leħja minn ħanut fil-Furjana. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet li ngħataw f’digriet separat dwar talba għall-ħelsien mill-arrest.

L-avukat Arthur Azzopardi li deher għal Camilleri qal li l-akkużat qed iwieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Id-difiża talbet rapport qabel ma tingħata s-sentenza mill-Qorti. L-avukat Azzopardi sostna li l-akkużat għandu problema tad-droga u ilu jbati tul il-ħajja adulta kollha. Saħaq li kemm il-darba prova jindirizzaha bl-aħħar darba ħareġ mill-programm tas-Sedqa.

L-avukat Azzopardi qal lill-Qorti li l-akkużat għandu l-ħsieb li jibda l-programm tal-Caritas Malta.

Il-Qorti appellat lill-awtoritajiet tal-ħabs sabiex jikkoperaw bis-sħiħ mal-uffiċjal tal-probation li se jinħatar biex isegwi l-każ ta’ Camilleri.

Il-kawża ġiet deferita.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee, filwaqt li għall-akkużat deher l-avukat Arthur Azzopardi.

The post Jammetti li seraq xfafar, cards u tabakk appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here