Home Newsbook ‘Il-laqgħat mar-Rappreżentanti tal-Board Mediku huma dubjużi’ – UPE

‘Il-laqgħat mar-Rappreżentanti tal-Board Mediku huma dubjużi’ – UPE

6
0
SHARE
Advertisement

L-Union għall-Għalliema Professjonali (UPE – Voice of the workers) qalet li ġiet infurmata li xi għalliema irċivew notifika li jridu jattendu għal xi laqgħat mar-Rappreżentanti tal-Board Mediku. Skont l-Union dawn ġew imsejħa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Il-Union qalet li r-raġunijiet ta’ dawn il-laqgħat għadhom mhux magħrufa, iżda qalet li tispera li wara dawn il-laqgħat ma jsirux trasferimenti. Il-Union qalet li mhux se taċċetta ebda abbuż minn sitwazzjonijiet delikati bħal dawn, hu min hu l-awtur ta’ kollox. Il-Union qalet ukoll li jekk ikun il-każ, mhux se taċċetta li l-poter ta’ xi wħud jintuża biex isiru t-trasferimenti.

Fi stqarrija l-UPE qalet li mhux aċċettabbli li biex il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol isolvi l-problemi tiegħu, li jista’ jkun li huma varji, tieħu miżuri li jistgħu jikkawżaw ħsara irriversabbli lill-impjegati u lill-familji tagħhom. Stqarret ukoll li jekk jidħlu fis-seħħ dawn il-miżuri, hi se tkun qed tiġġieled għad-drittijiet tal-impjegati mingħajr ħniena.

The post ‘Il-laqgħat mar-Rappreżentanti tal-Board Mediku huma dubjużi’ – UPE appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here