Home Newsbook “Għandhom jingħataw prominenza d-drittijiet fundamentali” – Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

“Għandhom jingħataw prominenza d-drittijiet fundamentali” – Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

2
0
SHARE
Advertisement

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qal li qed iżomm taħt għajnejh is-sitwazzjoni tal-160 ruħ li jinsabu abbord il-vapur Open Arms u li ilu fl-ibħra internazzjonali mit-2 ta’ Awwissu. L-Uffiċċju esprima t-tħassib tiegħu dwar il-każ għax qal li jemmen li d-dritt fundamentali tas-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk kollha abbord għandu jingħata prominenza.

Fl-istqarrija, l-Uffiċċju saħaq li dan id-dritt fundamentali għandu jisboq kull argument politiku, speċjalment meta abbord hemm tfal u minuri li mhumiex akkompanjati mill-ġenituri.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal appella lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll Ewropej biex ikunu solidari u jikooperaw fuq livell umanitarju biex b’hekk il-ħajja ta’ dawn in-nies tkun imħarsa u jitħallew jiżbarkaw mill-aktar fis possibbli.

Aktar kmieni llum intalbet evakwazzjoni medika għal tliet persuni abbord.

Nhar il-Ħamis 30 ta’ Lulju, l-ekwipaġġ ta’ Open Arms, bastiment Spanjol, salva grupp ta’ 124 immigrant mill-għarqa. Fost il-grupp hemm tewmin ta’ disa’ xhur. Il-bastiment salva 39 persuna oħra matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt taħt il-koordinazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta.

AQRA:  Żewġ nisa u familthom se jiġu evakwati minn Open Arms lejn Malta

The post “Għandhom jingħataw prominenza d-drittijiet fundamentali” – Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here