Home Newsbook Ġeneralment ftit li xejn hemm għarfien dwar regoli ta’ għajnuna mill-istat –...

Ġeneralment ftit li xejn hemm għarfien dwar regoli ta’ għajnuna mill-istat – avukat

7
0
SHARE
Advertisement

L-avukat Clement Mifsud-Bonnici qal li ġeneralment ftit li xejn hemm għarfien dwar regoli ta’ għajnuna mill-istat f’Malta.

Mifsud-Bonnici qal dan fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju li sar bħala parti minn studju madwar l-Ewropa dwar regoli u deċiżjonijiet mill-qrati nazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-istat (state aid).

L-avukat minn Malta li wieġeb il-kwestjonarju huwa Clement Mifsud-Bonnici li jaħdem mad-ditta Ganado Advocates. Skont is-sit ta’ Ganado Advocates, Mifsud-Bonnici jaħdem l-aktar f’affarijiet ta’ natura kummerċjali. Huwa ggradwa mill-Università ta’ Malta fl-2013.

Mifsud-Bonnici qal li l-Qorti li titratta każijiet b’rabta mal-infurzar tar-regoli tal-għajnuna mill-istat hija l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (First Hall of the Civil Court). Spjega li m’hemmx qorti speċjalizzata li tkun tisma’ każijiet b’rabta mal-infurzar pubbliku ta’ regoli tal-għajnuna mill-istat.

Dwar il-qafas applikkabbli fl-infurzar publiku dwar regoli tal-għajnuna mill-istat, Mifsud-Bonnici qal li m’hemmx rekordju ta’ xi tip ta’ irkupru ta’ għajnuna mill-istat permezz tal-qrati nazzjonali.

Skont l-avukat, hemm ftit eżempji biss dwar proċedimenti ġudizzjarji li jibdew minn entitajiet privati li jistrieħu fuq l-qafas legali dwar l-għajnuna mill-istat għal rimedju.

Fi kliem Mifsud-Bonnici ġeneralment ftit li xejn hemm għarfien dwar regoli ta’ għajnuna mill-istat f’Malta. Però, qal li fl-aħħar snin kien hemm żieda fit-tqajjim tal-kuxjenza dwar is-suġġett.

L-avukat qal li normalment proċedimenti ġudizzjarji fl-irkupru ta’ dejn idumu bejn sena u nofs sa tliet snin fl-ewwel istanza flimkien ma’ bejn sentejn u tliet snin oħra fi stadju ta’ appell.

Fi stqarrija, Ganado Advocates qalet li Mifsud-Bonnici kkontribwixxa għal studju li sar madwar l-Ewropa dwar l-infurzar tal-għajnuna mill-istat mill-qrati nazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea kkummissjonat l-istudju.

Skont Ganado Advocates l-istudju sab li 66% tal-każijiet fl-UE dwar infurzar privat ta’ għajnuna mill-istat fl-UE ġew miċħuda mill-qrati nazzjonali. Ġie ssuġġerit li jingħata aktar taħriġ għall-ġudikatura.

Tista’ taqra r-rapport dwar Malta bl-Ingliż minn hawn:

The post Ġeneralment ftit li xejn hemm għarfien dwar regoli ta’ għajnuna mill-istat – avukat appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here