Home Newsbook Fil-periklu tal-mewt wara li weġġgħuh b’arma taqta’

Fil-periklu tal-mewt wara li weġġgħuh b’arma taqta’

7
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 52 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li safa’ ferut b’arma li taqta’ u bil-pont f’Ħal Luqa. Skont stqarrija tal-Pulizija l-każ seħħ fil-11:00am.

Ir-raġel li hu minn Birżebbuġa mar l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Luqa minħabba li kellu bżonn l-assistenza medika. Il-każ seħħ f’pastizzerija fi Triq id-9 ta’ April f’Ħal Luqa. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ferut l-isptar. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Skont l-istqarrija tal-Pulizija, raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Luqa qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

The post Fil-periklu tal-mewt wara li weġġgħuh b’arma taqta’ appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here