Home Newsbook Aġġornata (2): Nirien fix-Xemxija; infrastruttura tal-WSC lura għan-normal

Aġġornata (2): Nirien fix-Xemxija; infrastruttura tal-WSC lura għan-normal

3
0
SHARE
Advertisement

Nirien li bdew mill-ħaxix fix-Xemxija jidher li nfirxu ġmielhom tant li l-Pulizija ordnaw it-tneħħija ta’ karozzi mit-toroq fil-viċin bħala prekawzjoni.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt fejn spjega li r-rapport daħal għall-ħabta tat-3pm. Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija marru fil-Bypass Tax-Xemxija sabiex jiġu kkontrollati n-nirien.

Infrastruttura kruċjali mhux qed taħdem – WSC

Fi stqarrija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qalet li “infrastruttura kruċjali fit-Tramuntana ta’ Malta bħalissa mhux qiegħda tiffunzjona minħabba qtugħ aċċidentali fis-sistema tal-provvista tal-elettriku.”

Kelliem għall-WSC qalet li dawn il-ħsarat kienu kkawżati minħabba n-nirien.

Skont il-WSC, kawża ta’ dan, stazzjonijiet tal-ippumpjar tad-drenaġġ fiż-żona tal-Bajja ta’ San Pawl jistgħu jibdew ifuru.

“Rigward provvista tal-ilma, jista’ jkun hemm xi pressa baxxa f’xi zoni iżda l-Enemalta diġà għamlet xogħol eċċellenti biex terġa’ tinkiseb provvista parzjali għar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa, u għalhekk is-sitwazzjoni għandha tibda tinnormalizza dalwaqt,” qalet il-WSC.

Għall-5pm, il-WSC qalet li l-infrastruttura li ma kinetx qed tiffunzjona minħabba qtugħ fil-provvista tal-elettriku, bdiet tiġi lura għan-normal. Qalet li r-riskju li drenaġġ ifur fil-baħar m’għadux hemm dment li ma jkunx hemm qtugħ ieħor.

“Ittieħdu l-passi neċessarji u fejn kien hemm riskju li jfur drenaġġ, il-pubbliku ġie mitlub li jitla’ mill-baħar,” qalet il-WSC.

Għall-4pm, kelliema għall-Enemalta qalet ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’San Pawl il-Baħar. Spjegat li s-sitwazzjoni kellha terġa’ taqleb għan-normal wara xi siegħa jew sagħtejn.

The post Aġġornata (2): Nirien fix-Xemxija; infrastruttura tal-WSC lura għan-normal appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here