Home One News Bagħbas fil-meter tad-dawl għal €900

Bagħbas fil-meter tad-dawl għal €900

5
0
SHARE
Advertisement

Inġinier li fil-passat kien jaħdem mal-Enemalta ngħata sentenza sospiża ta’ disa xhur ħabs wara li nstab ħati li bagħbas fil-meters tad-dawl u dan irċieva flus.

Waqt spezzjonijiet li saru fl-elfejn u ħmistax, hekk kif l-Enemalta kienet skopriet sensiela ta’ meters tad-dawl imbgħabsa, uffiċjali tal-istess kumpanija sabu ristorant f’Wied il-Għajn li kien qed iġib l-elettriku mill-grid u mhux mill-meter.

Sid ir-ristorant kien ammetta li din l-installazzjoni saret mill-eks inġinier, li kien offra li jagħmililu għal elfejn u mitejn ewro. Bis-sid isostni li ried prezz irħas għal żewġ installazzjonijiet, u ħallas disa mitt ewro.

Fil-Qorti ħareġ li din it-tip ta’ installazzjoni nstabet ukoll fi stabbilimenti f’Birżebbuġa, Ħaż-Żabbar u Ħal Qormi.

L-eks inġinier kien akkużat li hedded lil sid ir-ristorant jekk jikxef ix-xogħol li kien għamillu. Madanakollu, il-Qorti qalet li din ma setgħetx titqies bħala theddida.

Huwa ġie akkużat ukoll b’korruzzjoni bħala impjegat tal-Gvern, bil-Qorti tiċħad dan hekk kif fl-elfejn u erbatax, il-kumpanija Enemalta saret Engineering Resources Limited, u għaldaqstant l-impjegati ma baqgħux tal-Gvern.

Il-Qorti sabet lill-akkużat ħati ta’ serq u kif ukoll ħsara fuq cables elettriċi tal-Gvern, u ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża għal sena u xahrejn.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here