Home Net News Tiftakruha l-band Footprints? Wasal album ġdid tagħhom

Tiftakruha l-band Footprints? Wasal album ġdid tagħhom

3
0
SHARE
Advertisement

L-album il-ġdid tal-band lokali Footprints bl-isem ta’ ‘We Are’ se jiġi imniehdi nhar il-Hadd 4 ta’ Awwissu 2019 waqt kuncert li se jsir fil-Ħard Rock Cafe gewwa Bay Street, San Ġiljan fis 7:30pm. Waqt il-kunċert il-band Footprints se ddoqq diversi siltiet godda minn dan l-album kif ukoll siltiet ohrajn ‘Classic Rock’ li zgur ghandhom jinzlu tajjeb mal-pubbliku li jħobb dan il-generu u stil ta’ muzika.   

L-album ‘We Are’ hu ir-raba’ album tal-band Footprints u jiġbor fih ħdax -il kanzunetta oriġinali tal-band li nkitbu f’dawn l-aħħar tlett snin. Il-kanzunetti kollha huma miktubin minn Bernard Catania, filwaqt li l-arranġament mużikali ħadmu fuqu il-membri kollha tal-band Footprints.

Kanzunetti bhal ‘Another Way’,‘Lead Us’ u ‘Broken’ huma fuq stil ‘Worship’ filwaqt li ‘The Fight’ u ‘Who do you think you are?’jittrattaw temi soċjali, politiċi u kulturali. L-album ‘We Are’ jitratta diversi temi socjali relevanti għaż-żmien tal-lum, b’emfasi specjali fuq il-hsibijiet tal-bniedem u l-post tieghu fis-soċjeta’ tagħna.

Kulħadd hu mistieden għall-kunċert tal-Ħadd 4 ta’ Awwissu 2019 li se jsir gewwa l-Hard Rock Cafe, Bay Street.  Ghalkemm id-dhul huwa b’xejn, kull min behsiebu jattendi tajjeb li jibghat e-mail fuq:footprintsforchrist@gmail.com biex ikollu post riservat. 

Il-band Footprints taf il-bidu taghha fil-lokalita ta’ Hal Qormi fejn hemmhekk erba’ zaghzagh li kienu joqoghdu fl-istess akwati kienu ta’ spiss jiltagqhu biex idoqqu flimkien bl-istrumenti taghhom – dan kien fil-bidu tas-sena 2000.  Il-membri prezenti tal-band Footprints huma Hilary Spiteri (kitarra), Bernard Catania (kitarra), Keith Scicluna (Bass), Ivan Cassar (Drums) u Jurgen Scicluna (Vocals and Keyboards). 

Ta’ sikwit jiltaqghu biex jippratikaw u jdoqqu flimkien, kif ukoll jiktbu diski originali. Tul is-snin, Footprints hadu sehem f’numru ta’ kuncerti u attivitajiet madwar Malta u din is-sena se jigi imniehdi ir-raba’ album tal-band bl-isem ta’ ‘We Are’.

The post Tiftakruha l-band Footprints? Wasal album ġdid tagħhom appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here