Home Net News Sliema u Sirens ma jfallux kif mistenni

Sliema u Sirens ma jfallux kif mistenni

6
0
SHARE
Advertisement

SIRENS GREENTUBE…………… 14 EXILES ELIA CATERERS……… 7

(3-0), (3-2), (5-1), (3-4)

Sirens Greentube bdew it-tieni rawnd fuq nota feliċi u
kkonsolidaw posthom fil-quċċata. Ir-rebħa kontra Exiles Elia Caterers waslet
mingħajr tbatija hekk kif ikkontrollaw il-logħba skont ir-ritmu tagħhom, bit-tim
ta’ Igor Vukanovic jonqos li jkun aggressiv biżżejjed biex jibqa’ fil-logħba.

Sirens rebħu l-ewwel sessjoni 3-0 bi tliet gowls skorjati
minn Christian Presciutti, John Brownrigg u Valentino Gallo, b’Exiles jonqsu li
jkunu perikolużi għal-lasta ta’ Nicholas Grixti. Sirens komplew jibnu dak li
għamlu fl-ewwel sessjoni u f’mument minnhom kellu vantaġġ komdu ta’ 6-1, b’Exiles
isibu x-xibka biss permezz ta’ Timmy Sullivan filwaqt li penalty ta’ Milos
Vukicevic għamilhom 6-2.

Bl-andament tal-logħba kif kien sejjer, ma kinitx
sorpriża li Sirens assiguraw mit-tliet punti fit-tielet sessjoni. Gallo,
Presciutti għamlu l-iskor 8-2 u wara li Kurt Griscti naqqas id-distakk, Edward
Aquilina, Gallo minn penalty u Presciutti għamlu l-iskor dominanti ta’ 11-3.

Fl-aħħar sessjoni, Exiles irnexxielhom jagħmlu l-iskor
ftit rispettabbli, bil-kowċ ta’ Sirens Sasko Popovski jieħu l-opportunità biex
juża xi plejers li lagħbu ftit minuti.

Sirens: N. Grixti, J.
Zerafa Gregory, C. Presciutti (4), P. Privitera, M. Grech, J. Brownrigg (3), I.
Riolo, V. Gallo (5), J. Napier, E. Aquilina (1), L. Caruana, M. Sciberras (1),
G. Galea Curmi, Z. Bartolo, L. Falzon

Exiles: M. Castillo, M.
Stellini, A. Magri, M. Jelaca (1), T. Sullivan (3), S. Xerri de Caro, M.
Fenech, K. Griscti (1), M. Vukicevic (2), A. Cousin, N. Paris, P. Paris, M.
Martin, S. Apap, C. von Brockdorf

Referees: Massimo Angileri,
Fabio Brasiliano

Sliema jiksbu meritata

SLIEMA FRANK SALT…………… 14 MARSAXLOKK BROWN’S……….. 10

(4-3), (4-3), (5-2), (1-2)

Sliema Frank Salt qabżu lil San Ġiljan u laħqu lil
Neptunes fil-klassifika b’rebħa fuq Marsaxlokk Browns’ Pharma b’distakk ta’
erba’ gowls. Għalkemm kien ħaqqhom it-tliet punti, Marsaxlokk ma għamlux
il-logħba faċli għall-avversarji, b’diversi żbalji fit-tielet sessjoni waslu
biex Sliema għalqu l-logħba.

Is-Slimiżi fetħu distakk ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni
għalkemm Marsaxlokk permezz tal-barranin tagħhom Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev
naqqsu d-distakk għal 4-3. Sliema dehru li setgħu jiksbu vantaġġ komdu meta
Gavril Subotic u Benji Cachia għamlu l-iskor 8-5 sakemm Andrija Vlahovic naqqas
id-distakk.

Fit-tielet sessjoni, Marsaxlokk bdew jitilfu l-pussess
faċilment u Sliema ħadu vantaġġ minn dan in-nuqqas b’ħames gowls konsekuttivi
minn doppjetta ta’ Subotic, Norbert Hoznyansky, Mark Meli u Michael Spiteri
Staines għal vantaġġ komdu ta’ 13-6.

Joseph Galea u Matthew Pace naqqsu d-distakk, b’Nagaev
jagħmel l-iskor fl-aħħar sessjoni għal 13-9. Sliema komplew jikkontrollaw
fl-aħħar sessjoni għal rebħa komda.

Sliema: J. Parnis, J.
Gabarretta, G. Subotic (4), J. Sciberras (1), M. Meli (1), N. Hoznyansky (3),
M. Spiteri Staines (1), L. Galea, B. Cachia (1), J. Gambin (3), Z. Mizzi, K.
Borg, M. Vassallo, J. Cachia, J. Cutajar

Marsaxlokk: R. Coleiro,
J. Rizzo Naudi, L. Saliba, M. Rizzo, T. Agius, J. Galea (1), A. Vlahovic (4),
I. Nagaev (3), S. Micallef, R. Scerri, M. Pace, M. Martellacci, F. Buhagiar, M.
Cacici (1), K. Galea (1)

Referees: Stefan Licari,
Daniele Bianco

The post Sliema u Sirens ma jfallux kif mistenni appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here