Home Net News Il-proġett ta’ Buqana jkarkar u jibqa’ joħloq inkonvenjent

Il-proġett ta’ Buqana jkarkar u jibqa’ joħloq inkonvenjent

5
0
SHARE
Advertisement

Sriebet ta’ karozzi. Sewwieqa frustrati. Tempri telgħin u  trabijiet li mhemmx li jispiċċaw.

Xeni komuni fit-toroq Maltin dan l-aħħar, fosthom iz-zona ta’ Buqana.

Ix-xogħlijiet f’din iz-zona ilhom għaddejjin ix-xhur issa, bla ebda ħjiel ta’ meta se jitlestew. Xogħlijiet li qed joħolqu inkonvenjent kbir lil dawk kollha li għal xi raġuni jkollohom jgħaddu minn dawn l-akkwati.

Dawn jinkludu lil dawk kollha li jgħixu fl-akkwati ta’ Ħad Dingli, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll dawk mill-Imġarr, il-Baħrija,
il-Mosta u żoni oħra bħal Burmarrad.

It-traffiku li qed jinġema kawża tax-xogħlijiet ikompli jiqliel fi tmiem
il-ġimgħa meta ħafna jerħula lejn ix-xtajtiet u jgħaddu minn din it-triq biex
jaslu lejn it-tramuntana tal-pajjiż.

Infrastructure Malta bdiet bix-xogħol fuq din it-triq iktar minn 7 xhur ilu, u l-Ministru responsabbli Ian Borg xahar u nofs ieħor qal li x-xogħol “miexi b’ritmu mgħaġġel. Iżda bosta sewwieqa li jkollhom jgħaddu minn din ir-rotta u jqattgħu minuti twal imwaħħlin fit-traffiku ma jaħsbuhiex bħall-Ministru.

The post Il-proġett ta’ Buqana jkarkar u jibqa’ joħloq inkonvenjent appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here