Home Net News Birżebbuġa jkollhom bżonn jaċċertaw mir-rebħa fl-aħħar sessjoni

Birżebbuġa jkollhom bżonn jaċċertaw mir-rebħa fl-aħħar sessjoni

7
0
SHARE
Advertisement

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……….. 12 MARSASKALA FISH AND FISH…… 10

(7-2), (1-4), (2-3), (2-1)

Birżebbuġa Freeport telgħu momentarjament fil-quċċata
tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa ta’ 12-10 fuq Marsaskala Transcripta. Kompliċi
mar-rebħa li għamlu kienet l-ewwel sessjoni brillanti, għalkemm Marsaskala
kienu attenti li baqgħu fil-logħba sal-aħħar.

Birżebbuġa fetħu vantaġġ komdu ta’ ħames gowls fl-ewwel
sessjoni u wara li Luca Felice naqqas id-distakk, Christian Mifsud reġa’ skorja
lejn it-tmiem għal skor parzjali ta’ 7-2. Mifsud skorja erba’ gowls f’din
is-sessjoni.

Sa nofs it-tieni sessjoni, Birżebbuġa kien għad kellhom
vantaġġ ta’ 8-3, iżda Marsaskala wettqu rimonta u baqgħu fil-logħba bi tliet
gowls f’madwar minuta skorjati minn doppjetta ta’ Kristijan Milakovic u
Konstantin Averka.

Milakovic saħansitra naqqas id-distakk għal gowl kmieni
fit-tielet sessjoni. David Pace Lupi u Antonio Petkovic kabbru l-vantaġġ għal
tliet gowls madankollu Milakovic u Rheinhard Attard żammew il-logħba miftuħa.
Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa rnexxielhom jikkontrollaw l-isforzi
tal-avversarji u żammew iż-żewġ gowls distakk.

Birżebbuġa: D. Spiteri,
N. Cassar, D. Pace Lupi (1), C. Mifsud (4), A. Petkovic (3), S. Vassallo, D.
Cutajar, J. Bajada, A. Goreta (1), M. Ortoleva (3), J. Cremona

Marsaskala: J. Micallef,
J.C. Cutajar, A. Camenzuli, M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, K.
Milakovic (5), K. Averka (2), J. Culic, R. Attard (1), D. Borg Millo, M. Borg,
L. Felice (1), J. Ciantar (1)

Referees: Ronnie Spiteri,
Fabio Brasiliano

The post Birżebbuġa jkollhom bżonn jaċċertaw mir-rebħa fl-aħħar sessjoni appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here