Home Net News Tasal l-ewwel rebħa għal Otters

Tasal l-ewwel rebħa għal Otters

5
0
SHARE
Advertisement

TA’ XBIEX AMIGOS………………. 6 OTTERS NIVEA………………… 11

(2-5), (1-3), (3-1), (0-2)

Tasal l-ewwel rebħa ta’ Otters Nivea f’dan l-istaġun b’rebħa meritata fuq Ta’ Xbiex Amigos. Otters kellhom lil Dean Camilleri, Claudio Spiteri Debarro, Marc Lanzon u Benji Lanzon lura fit-tim wara li tilfu l-aħħar konfront.

Għalkemm kien ħaqqhom it-tliet punti, Otters issugraw li jitilfu dak li ħadmu għalih wara li dehru għajjiena fit-tielet sessjoni, b’Ta’ Xbiex jibqgħu fil-logħba fit-tielet sessjoni għalkemm naqsu li jkomplu l-pressjoni fl-aħħar parti tal-logħba.

Deċiżiva għalihom kienet l-ewwel sessjoni hekk kif
rebħuha 5-2 wara li kienu kisbu vantaġġ ta’ erba’ gowls permezz ta’ Ferenc
Salamon, doppjetta ta’ Milos Filipovic u Luke Hyzler. Huma komplew ikabbru
d-distakk fit-tieni sessjoni b’Hyzler u Milos Filipovic jagħmluhom 8-3.

Otters bdew jgħaġġlu u jiżbaljaw f’diversi
konklużjonijiet u dan wassal biex Ta’ Xbiex daħlu fil-logħba b’doppjetta ta’
Niccolo Gitto u Mark Demarco. Claudio Spiteri Debarro poġġa lil Otters 9-6 bi
ġmiel ta’ backhand. Fl-aħħar sessjoni Filipovic u Edward Meli serrħu ras
il-kowċ Anthony Farrugia hekk kif Otters rebħu logħba wara diversi logħbiet.

Ta’ Xbiex: Z. Sciberras,
R. Greco, M. Demarco (2), N. Schiavone, M. Carani, S. Azzopardi, D. Fenech, N.
Saliba, N. Kacar (1), G. Sammut, K. Tanti, N. Gitto (3), A. Theuma, J. Saliba,
M. Mifsud

Otters: D. Camilleri, C.
Spiteri Debarro (1), F. Salamon (2), L. Hyzler (2), E. Meli (1), M. Lanzon (1),
G. Mizzi, D. Dimech, A. Mifsud, D. Zahra, B. Lanzon, M. Filipovic (4), M.
Farrugia, G. Vella, J.L. Zahra

Referees: Alex De Raffaele,
Fabio Brasiliano

The post Tasal l-ewwel rebħa għal Otters appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here