Home Net News ‘Oħloq Tbissima’ b’60 siegħa ta’ xandir

‘Oħloq Tbissima’ b’60 siegħa ta’ xandir

6
0
SHARE
Advertisement

Bdiet il-Maratona ġbir ta’ fondi ‘Oħloq Tbissima’ li qed issir ghas-17-il darba.

Il-ftuħ tagħha sar mill-President ta’ Malta,
George Vella u l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna.

Għal din is-sena, din il-Maratona se tkun qed
tiġbor fondi għal persuni fqar fil-Peru. Fost id-diversi proġett li se jsiru
f’dan il-pajjiż mill-missjunarji Maltin hemm il-bini ta’ skola, klinika,
razzett u ma jistax jonqos ukoll li jinbnew djar minflok dawk tat-tafal li
għandhom bħalissa.

Din is-sena se tkun waħda speċjali għal żewġ raġunijiet, kif spjegalna Fr. Louis Mallia.

Waqt din il-Maratona se jkun hemm esebizzjoni
minn disa’ artisti, b’kull artist se jkun qed jgħati b’donazzjoni waħda
mill-pitturi tiegħu biex jinbiegħu waqt il-Maratona ‘Ohloq Tbissima’.

Barra dan kollu, għal din il-Maratona se jkun hemm numru ta’ attivitajiet għaddejjin.

Il-Maratona se tibqa’ għaddejja sa tmiem din il-ġimgħa b’diversi attivitajiet differenti f’Dar San Ġużepp, Santa Venera.

The post ‘Oħloq Tbissima’ b’60 siegħa ta’ xandir appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here