Home Net News Neptunes joħorġu rebbieħa fuq San Ġiljan f’logħba drammatika … it-tnejn jerġgħu jilagħbu...

Neptunes joħorġu rebbieħa fuq San Ġiljan f’logħba drammatika … it-tnejn jerġgħu jilagħbu l-Ħadd

8
0
SHARE
Advertisement

SAN ĠILJAN TUM INVEST………….. 15 NEPTUNES LEO VEGAS………… 16

(4-4), (6-3), (3-5), (3-4)

Gowls, tkeċċijiet, kontroversji, protesti u tensjoni. Din
kienet ir-riċetta tad-dwell missielet bejn San Ġiljan TUM Invest u Neptunes Leo
Vegas, b’tal-aħħar joħorġu rebbieħa biex taw it-tieni telfa konsekuttiva lil
San Ġiljan fi tlett ijiem.

Il-logħba kellha tmiem drammatiku biż-żewġ settijiet ta’
plejers jitilfu rashom u l-partitarji jgħidu tagħhom, hekk kif iż-żewġ referees
kienu taħt pressjoni kontinwa u żgur li ma kellhomx biċċa xogħol faċli.
Inċidentalment, dawn iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu l-Ħadd fin-knock-out u
ma jkunx eskluż li xi plejer ikun sospiż wara dak li nqala’.

Bidu feroċi b’Neptunes jiksbu vantaġġ doppju minn Petar
Muslim u Stevie Camilleri iżda San Ġiljan wieġbu permezz ta’ Darren Zammit u
Dino Zammit, għal erba’ gowls fl-ewwel żewġ minuti tal-logħba.

Neptunes kienu pass qabel l-avversarji u baqgħu fil-vantaġġ qabel sofrew rimonta Ġiljaniża. Petar Muslim għamilhom 5-3 u Jordan Camilleri għamilhom 6-4 qabel Guillermo Molina u Dino Zammit ġabu d-draw. Petar Muslim skorja t-tielet gowl personali qabel San
Ġiljan wieġbu b’gowls ta’ Niksa Dobud, Matthew Zammit u Dino Zammit biex marru
fil-vantaġġ għall-ewwel darba u daħlu jistrieħu 9-7.

L-affarijiet dehru ġejjin favur il-Ġiljaniżi hekk kif
Dobud u Molina kabbru d-distakk filwaqt li l-Ispanjol naturalizzat Taljan
għamilhom 12-8 wara li Jordan Camilleri naqqas id-distakk parzjalment. Iżda
l-kwalità ta’ Neptunes wasslet biex naqqsu d-distakk għal gowl bi tliet gowls
mill-aħwa Camilleri.

San Ġiljan sofrew daqqa ta’ ħarta minuta u 17-il sekonda
mit-tmiem tat-tielet sessjoni meta Niksa Dobud ġie fouled-out biex b’hekk
kellhom jilagħbu sessjoni u ftit bi plejer barrani biss. Darko Brguljan ġab
id-draw seba’ sekondi mit-tmiem tas-sessjoni.

Fil-bidu tal-aħħar sessjoni tkeċċa Paul Fava għal San
Ġiljan b’Darko Brguljan ipoġġi lil Neptunes minn fuq b’xutt b’saħħtu. Molina
wieġeb għall-Ġiljaniżi iżda Nikolai Zammit reġa’ poġġa lil Neptunes
fil-vantaġġ. San Ġiljan fallew okkażjoni tajba li jġibu d-draw meta fallew
man-up doppju, b’Nikolai Zammit jagħmilhom 15-13 wara li ġie ġġudikat li x-xutt
qabeż il-linja, fost il-protesti ta’ San Ġiljan.

Molina naqqas id-distakk iżda Stevie Camilleri reġa’
ħalla l-vantaġġ ta’ żewġ gowls sakemm mal-istess gowl inqala’ argument bejn
Stevie Camilleri u Ben Plumpton, b’Dino Zammit jidħol fl-argument ukoll fost
anki xi daqqiet li ngħataw f’dak il-ħin. Ir-referees iddeċidew li jkeċċu għal
brutalità lil Camilleri u Plumpton, b’Zammit jitkeċċa b’sostituzzjoni.

Ftit sekondi wara, San Ġiljan ingħataw penalty u ġie
fouled-out Jordan Camilleri. Molina skorja s-sitt gowl personali u ħalla
l-logħba miftuħa sal-aħħar. It-tnejn b’raġel anqas fl-ilma, San Ġiljan baqgħu
sal-aħħar jippruvaw isalvaw il-logħba u fl-aħħar xutt kien il-gowlkiper ta’
Neptunes Alan Borg Cole li ċaħħad lil Matthew Zammit.

San Ġiljan: J. Tanti, B.
Grech, A. Galea, N. Dobud (4), G. Molina (6), M. Zammit (1), B. Plumpton, K.
Dowling, T. Said, Da. Zammit (1), P. Fava, Di. Zammit (3), T. Micallef, J.
Bonavia, J. Portelli

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, G. Pace, P. Muslim (3), D. Brguljan (2), S. Camilleri (5), J. Camilleri (4), J. Abela, N. Zammit (2), J. Muscat, M. Azzopardi, B. Busuttil, S. Busuttil, J. Farrugia

Referees: Mario Dalli,
Daniele Bianco

The post Neptunes joħorġu rebbieħa fuq San Ġiljan f’logħba drammatika … it-tnejn jerġgħu jilagħbu l-Ħadd appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here