Home Net News L-Alġerija rebbieħa tat-Tazza Afrikana għat-tieni darba

L-Alġerija rebbieħa tat-Tazza Afrikana għat-tieni darba

3
0
SHARE
Advertisement

L-Alġerija huma ċ-champions tal-Afrika għat-tieni darba fl-istorja tagħhom wara rebħa ta’ 1-0 kontra s-Senegal fil-finali li ntlagħbet f’Kajr. L-ewwel suċċess kien miksub fl-1990. Għas-Senegal din kienet it-tieni finali tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara dik tal-2002.

Fit-tieni taqsima kellhom penalty li ngħata iżda tħassar
wara konsultazzjoni mal-VAR. Huma ddominaw għal perjodi twal fil-logħba iżda
naqsu li jsarrfu l-pussess f’gowls. Mat-tisfira finali l-plejers tas-Senegal
ntefgħu fl-art bid-diżappunt li ma rnexxielhomx jagħtu l-ewwel unur lil
pajjiżhom.

Il-gowl deċiżiv wasal wara 21 minuta b’xutt ta’ Baghdad
Bounedjah li ħabat ma’ Salif Sane u qabeż fuq il-gowlkiper Alfred Gomis. Mbaye
Niang kellu żewġ okkażjonijiet li seta’ skorja. Qabel tmiem l-ewwel taqsima
xxuttja b’saħħtu iżda t-tentattiv għadda ftit għoli u fil-bidu tat-tieni
taqsima dar mal-gowlkiper Rais M’bolhi iżda xxuttja barra minn angolu ristrett.

Il-mument deċiżiv wasal mas-siegħa logħob. Il-kross ta’
Ismaila Sarr ħabat ma’ id Adlene Guedioura, bir-referee Neant Alioum jordna
penalty. Iżda hekk kif il-plejers tas-Senegal bdew jiċċelebraw id-deċiżjoni,
Alioum indika li kien hemm konsultazzjoni mal-VAR.

Hu mar jara l-filmati li urew li id Guedioura kienet
fil-ġenb u għalhekk ir-referee dawwar id-deċiżjoni. Minkejja li d-deċiżjoni
kienet korretta, ir-riżultat kien kiefer mas-Senegal hekk kif l-Alġerija kellha
biss xutt fil-lasta.

Wara l-logħba l-kowċ tal-Alġerija Djamel Belmadi qal li
mingħajr il-plejers mhu xejn għaliex hum l-atturi prinċipali. Hu żied li
l-istaff għamel il-parti tiegħu iżda kienu l-plejers li applikaw
l-istruzzjonijiet tajjeb ħafna.

The post L-Alġerija rebbieħa tat-Tazza Afrikana għat-tieni darba appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here