Home One News L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova s-Central Link Project

L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova s-Central Link Project

8
0
SHARE
Advertisement

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett tas-‘Central Link’ li għandu l-għan li jnaqqas it-traffiku bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna. Bi 8 voti kontra 3 il-membri tal-bord tal-Awtorita’ tal-ippjanar approvaw il-proġett wara laqgħa li damet ‘il fuq minn ħames siegħat u li fiha tkellmu aktar minn 30 persuna kemm favur u anke l-proġett.
Il-laqgħa li bdiet għal ħabta ta’ nofsinhar permezz ta’ preżentazzjoni mill-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta l-Inġinier Fredrick Azzopardi.
Azzopardi spjega kif il-proġett se jibda minn ħdejn ir-‘roundabout’ tas-Saqqajja sa’ ħdejn l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA. Spjega li bħalissa hemm ammont kbir ta’ traffiku li qed jgħaddi minn ġo triq ċentrali f’Ħ’Attard.

Azzopardi spjega li fl-2006 ġie preżentat pjan li kien anke approvat mill-Kummissjoni Ewropeja, fejn ġew identifikati interventi bżonnjużi li għandhom issiru fil-pajjiż biex titjieb il-kwalita’ tal-istess infrastruttura. Qal kif dan il-pjan kien identifikata wkoll il-problema f’Ħ’Attard.

Qal kif is-siġar antiki li hemm bejn il-kapella tal-vittorja sa’ taħt it-telgħa tas-Saqajja se jibqgħu hemmhekk u se jiġu f’nofs it-triq. Spjega li minnhom se jinqalaw biss 3 siġriet filwaqt li se jitħawwlu ħafna iżjed. Fejn qal li s-siġar se jiżdiedu mat-tul kollhu flimkien ma’ korsija għaċ-ċiklisti.

Huwa preżenta statistika fejn spjega kif sas-sena 2030 biex wieħed jinżel mir-Rabat sa’ Ħ’Attard wieħed se jibda jieħu aktar minn sagħtejn b’veloċita ta’ ftit anqas minn żewġ kilometri fis-siegħa. Azzopardi qal ukoll kif permezz ta’ dan se jonqsu wkoll l-emmissjonijiet fl-arja fl-inħawi.

Azzopardi temm jgħid li dan se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar b’50%, 217 aktar siġra anqas emmissjonijiet u kif ukoll 57% anqas art agrikola minn dak li ġie propost fl-2006. Dan filwaqt li preżenta preżentazzjoni tal-ekonomista Gordon Cordina li qal li se jagħti lura €16 benefiċċju għal kull €1 li se jiġi investit.

Waqt il-preżentazzjoni l-Pulizija kellha ssieket lil diversi persuni li f’xi ħin interompew waqt l-istess preżentazzjoni tal-Inġinier Fredrick Azzopardi.
It-tieni preżentazzjoni kienet tas-Sur Sacha Dunlop ir-rappreżentant tal-kumpanija li għamet l-Environmental Impact Assessment. Huwa spjega b’mod dettaljat l-eżitu ta’ dawn l-istudji u l-eżaminijiet li saru fuq il-proġett.

Tul din il-laqgħa jistgħu jintervjenu wkoll membri tal-pubbliku. FIlfatt fis-sala hawn preżenti d-Deputati Nazzjonalisti Simon Busuttil u Jason Azzopardi.
Id-Deputat Simon Busuttil ħareġ qatta bla ħabel kontra l-proġett li se jnaqqas bin-nofs it-traffiku bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna. Skond Busuttil il-proġett mhux se jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tan-nies, iżda se jitfaha lura.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here